Signing of University Agreement


Ġie iffirmat il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-akkademiċi fl-Università u fil-Junior College li fl-aħħar ġimgħat kienu l-kawża ta’ azzjoni industrijali mill-Union tal-Akkademiċi u l-Union tal-Għalliema l-MUT u theddida ta’ azzjonijiet industrijali oħra mill-Assoċjazzjoni tat-tobba.

Ġie issiġillat il-ftehim kolletiv il-ġdid bejn l-Università u l-Unions li jirrapreżentaw l-istaff akkademiku għall-erba’ snin li ġejjin. Il-ftehim jidher li jissodisfa ukoll lill-Assocjazzjoni Medika li kienet tat direttivi għall-azzjonijiet industrijali fl-iskola medika minħabba li ma kienitx involuta fin-negozjati.

Jidher li dawn id-differenzi twittew wara laqgħa bejn l-Università u l-Assoċjazjoni tat-tobba tant li l-President tal-MAM Martin Balzan, qal li l-assoċjazzjoni ingħatat ittra ta’ kjarifika li fiha ġew iċċarati numru ta’ punti fil-ftehim kolletiv u kif se jiġu implimentati. Dr Balzan qal li għalkemm il-union mhux sodisfatta mija fil-mija hi sodisfatta li ntlaħaq ftehim fi spirtu ta’ kompromess.

 

[nggallery id=206]

Ir-Rettur tal-Università l-Professur Jaunito Camillieri qal li l-ftehim jagħmel emfasi fost oħrajn fuq l-istudju online u fuq ir-riċerka.

Il-ftehim jinkludi skedi aktar stretti biex l-lecturers jissottomettu r-riżultati tal-istudenti. Jirrevedi wkoll l-mod kif jintgħażlu l-lekturers u kif javvanzaw fil-karriera tagħhom.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim, il-President tal-Union tal-Għalliema Kevin Bonello u l-President tal-UMASA l-Professur Matherw Montebello urew sodisfazzjon għal ftehim li intlaħaq wara li ż-żewġ unions kienu taw direttivi lill-lekċerers biex ma joħorġux ir-rizultati tal-istudenti.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern ra li dan il-ftehim huwa produttiv u kompeititiv u allura qabel miegħu filwaqt li l-Minsitru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dejjem kien hemm rieda tajba bejn il-Unions u l-Università f’kull mument tan-negozjati.

 

timesofmalta_logo  maltatoday_logo

iNews_Logo  tvmnews_logo   maltaindependent_logo

 

 

– Wednesday, 6th August, 2014

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *