Proġett ta’ miljun ewro fil-‘kindergarten’ ta’ San Ġwann


Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, u l-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, ilbieraħ żaru l-kindergarten il-gdid ta’ San Ġwann, fejn sar investiment ta’ miljun ewro f’xogħol ta’ tisbiħ, manutenzjoni u bini ta’ klassijiet ġodda. Huma żaru l-klassijiet il-ġodda u tkellmu mal-għalliema u t-tfal fuq l-ambjent il-ġdid tagħhom.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-FINANZI

 

Il-Ministru Bartolo qal li matul l-2015 sar l-akbar investiment infrastrutturali fl-iskejjel tal-iStat li qatt kien hemm, u li dan sar possibbli biss b’riżultat tal-ħidma tal-Gvern, specjalment tal-Ministeru tal-Finanzi, biex jipprovdi l-appoġġ necessarju biex dawn il-proġetti jsiru realtà. Huwa żied jgħid li ambjent isbaħ u aktar adattat fl-iskejjel joffri esperjenza edukattiva aħjar għat-tfal, filwaqt li jkun post tax-xogħol aħjar għall-edukaturi u għal dawk li jaħdmu fl-iskejjel. Semma kif dan il-Gvern qed ikompli jinvesti fl-iskejjel u fil-bini tagħhom, bl-aħħar żieda fil-lista ta’ xogħlijiet tkun l-iskola primarja tar-Rabat, Għawdex.

San gwann

 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Scicluna qal li proġetti bħal dawn ipoġġu fil-kuntest b’mod tanġibbli s-suċċessi ekonomiċi ta’ pajjiżna. Proġetti infrastrutturali u teknoloġiċi fl-edukazzjoni jistgħu jsiru realtà minħabba l-qagħda finanzjarja tajba ta’ pajjiżna. Huwa rrimarka li l-edukazzjoni ngħatat prijorità minn dan il-Gvern u li l-investiment fi proġetti bħal dan ta’ San Ġwann u fil-bini ta’ skejjel ġodda se jkompli jissaħħaħ.

 

[nggallery id=297]

 

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Klara, Keith Bartolo, qal li dan kien investiment meħtieġ li se jtejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għal kważi mitejn tifel u tifla. Għamel referenza għad-diversi proġetti importanti li saru fil-kulleġġ matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u ħabbar li hemm preparamenti avvanzati fuq l-iskeda ta’ xogħlijiet oħra li se jsiru fis-sajf li ġej u aktar tard.

tvm_logoonenews_logo   MI_logo   timesofmalta_logo

Tuesday 16th February 2016

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *