Ċertifikat pożittiv ieħor ghal Pajjiżna


L-aġenzija internazzjonali tar-ratings, DBRS, meta tat għall-ewwel darba rating lil pajjiżna, għażlet li tagħti rating għoli ta “A”.

STQARIJJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Skond l-esperti Amerikani tad-DBRS, dan jirrefletti t-tkabbir ekonomiku b’saħħtu ta’ pajjiżna kif ukoll il-progress li sar fejn jidħol tnaqqis fid-defiċit u fid-dejn nazzjonali. Filfatt l-analisti nternazzjonali jsostnu li jekk dan il-progress ikompli u r-riformi li qed isiru fis-settur pubbliku jkunu suċċess, ir-rating ta’ pajjizna jkun saħansitra imtejjeb.

 

Id-DBRS faħħru l-qasam tax-xogħol f’Malta u l-inċentivi li l-Gvern jagħti lill-industrija, speċjalment fir-rigward ta’ nvestiment dirett barrani. Fl-istess ħin huma enfasizzaw il-bżonn li s-sistema edukattiva titjieb u li jiżdied it-taħriġ tal-ħaddiema. L-analisti tad-DBRS jinnotaw ukoll li l-maggoranza tal-kumpaniji f’Malta huma żgħar u ma għandhomx ħafna aċċess għal fondi ta’ investiment.

 

dbrs_featuredjpg

Filwaqt li l-Oppozizzjoni tiftaħar li l-amministrazzjoni ta’ qabel ħalliet warajha ekonomija soda, l-analisti tad-DBRS għandhom fehma differenti. Huma jgħidu li mill-2007 il-kompettitività ta’ pajjiżna kienet imminata. Fost l-oħrajn isemmu nuqqassijiet fl-infrastruttura, aċċess limitat għal kredtu, in-nuqqas ta’ innovazzjoni, kif ukoll id-dejn li tgħabbew bih il-korporazzjonijiet. Filwaqt li l-Oppozizzjoni tiftaħar bir-rekord fiskali tal-amministrazzjoni preċedenti, il-verdett tal-esperti tad-DBRS kien “Malta has exhibited weak fiscal management in the past but a number of improvements are underway”.

 

Id-DBRS isemmu b’mod positiv ir-ristrutturar tal-kumpaniji pubbliċi li sar dan l-aħħar, l-aktar fl-Enemalta, u jsostnu li dan naqqas ir-riskji finanzjarji għal pajjiżna. L-esperti td-DBRS faħħru wkoll il-miżuri li ha l-Gvern biex id-dejn nazzjonali jitnaqqas b’mod sostennibli fis-snin li ġejjin. Qasam ieħor fejn il-Gvern għamel bidliet tajbin skond id-DBRS kien dak tax-xogħol, bidliet li huma mportanti ħafna ħalli l-ispiża fuq pensjonijiet issir sostennibbli. L-esperti tad-DBRS fost l-oħrajn semmew ċ-Child Care b’xejn, it-tnaqqis fl-inċome tax, l-in-work benefit u t-tapering tal-benefiċċji.

 

 

Għal din is-sena d-DBRS qed ibassru li l-ekonomija Maltija tikber bi 3.3% filwaqt li d-dejn nazzjonali jaqa għal 68% tal-ġid nazzjonali. L-esperti tad-DBRS innuttaw b’mod positiv li meta il-Gvern ħareġ stokks tiegħu għall-bejgħ, dawn inħatfu mall-ewwel minn investituri żgħar. Dan meta is-soltu dawn jieħdu terz biss tal-ammont offert. Din hija indikazzjoni ċara ta’ fiduċja u ottimiżmu.
 

Il-Gvern filwaqt li jilqa dan l-aħħar ċertifikat positiv għal pajjiżna, jtenni r-rieda tiegħu li jżid il-pass ta’ riformi u bidliet ħalli l-qagħda ekonomika u soċjali ta’ pajjiżna tkompli tissaħħah għall-ġid tal-familji tagħna.

 

timesofmalta_logo  onenews_logo  tvmnews_logo  govmt_logo

maltaindependent_logo  maltatoday2_logo  iNews_Logo

 

– Saturday, 4th April, 2015

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *