L-Imsieħba soċjali pożittivi dwar il-proposti tal-Gvern [Watch]


 

L-Imsieħba Soċjali kollha kellhom kliem ta’ tifħir għall-preżentazzjoni li għamel il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li għall-ewwel darba tmexxiet minn John Bencini li nħatar bħala Ċermen.

 

msiehbasocjali_05.04.2013

 

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna f’kummenti li ta lill-ġurnalisti wara li ntemmet il-laqgħa qal li huwa spjega lill-imsieħba soċjali dwar il-baġit li se jkun ippreżentat nhar it-Tnejn fil-Parlament u s-sitwazzjoni ekonomika kif inhi fil-preżent. Huwa qal li huwa għamilha ta’ messaġġier u rrapporta dak li ħareġ mit-teżor u mill-istatistika. Huwa qal li huwa ta’ diżappunt li d-defiċit huwa ikbar milli kien qed jingħad, però se jħarsu lejn il-futur b’kuraġġ li mhux xi ħaġa li ma jkunu ikkontrollat. Il-Professur Scicluna qal li se jħarsu ’l quddiem biex itejbu l-finanzi tal-Gvern bi programm ċar u li jibqa’ sejjer sal-2016.

 

Before MCESD Meeting

 

Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-figuri reali huma li parti mill-fond konsolidat li ħarġu fl-istatistika huma li huma. “Il-parti magħrufa bħala l-Gvern estiż għadhom ma ġewx ippubblikati u sfortunatament nibżgħu li dawn ikunu qabżu t-3% u jispera li ma jkunux qabżu ħafna aktar minn 3% biex din is-sena stess dan jinżel taħt it-3% u ’l quddiem il-pajjiż imur għal bilanċ f’dak li huma l-finanzi tal-Gvern u ma jkollnix iktar defiċit,” qal il-Ministru.

Il-Profs. Scicluna qal li mal-imsieħba soċjali se jkun trasparenti għax jemmen li kemm fil-Parlament kif ukoll fi ħdan l-MCESD dan huwa importanti. Huwa saħaq li se jkun qed jiddiskuti fil-miftuħ il-qafas tal-baġit li ġej għax flimkien irridu naslu.

Fl-aħħarnett huwa qal li l-wegħdiet li saru fil-baġit se jinżammu inkluż li dawk li qegħdin bil-paga minima biss inkluż il-bonus mhumiex se jħallsu taxxa tad-dħul.

Ħafna mill-miżuri se jidħlu fis-seħħ b’lura mill-1 ta’ Jannar u oħrajn jiġu fis-seħħ meta jgħaddi l-baġit.

 

After MCESD Meeting

 

[nggallery id=124]

Photographer: Roger Azzopardi, Union Press

 

 

maltatoday_logo   timesofmalta_logo   dive_logo

iNews_Logo  maltaindependent_logo  orizzont_logo

– www.inewsmalta.com : Friday, 5th April, 2013

,

One response to “L-Imsieħba soċjali pożittivi dwar il-proposti tal-Gvern [Watch]”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *