Nhar il-Ġimgħa li ġejja fl-Uganda jkunu qegħdin isiru l-elezzjonijiet Presidenzjali, Parlamentari u Lokali. Elezzjonijiet importanti ħafna, sew għal pajjiżhom u sew għar-reġjuni Afrikan ta’ madwarhom.
L-Unjoni Ewropea se tibgħat Missjoni biex tosserva l-andament tal-elezzjonijiet f’kull stadju tagħhom – qabel, waqt u wara. Missjoni ffurmata minn 110 uffiċjal u li l-Kummissarju għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, Catherine Ashton, inkarigat lili biex inkun il-Kap tagħha, l-Osservatur Ewlieni.
Huwa normali li sew l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-OSCE, il-Commonwealth u l-Carter Foundation jintalbu jibagħtu missjonijiet bħal dawn josservaw elezzjonijiet f’uħud mill-pajjiżi, partikolarment pajjiżi magħrufin bħala tat-Tielet Dinja.
Din se tkun l-ewwel darba li Missjoni tal-Unjoni Ewropea tax-xorta tagħha se tkun iffurmata minn rappreżentanti mis-27 Membru Stat tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta. Se jkun hemm ukoll rappreżentanza min-Norveġja u din il-ġimgħa se tasal ukoll delegazzjoni żgħira mill-Parlament Ewropew. Irrid nagħmilha ċara mill-bidu nett.
Missjonijiet bħal dawn ma jintbagħtux b’xi inkarigu li huma “l-Pulizija tal-Punent”, jew li jridu jiddettaw u jindaħlu fl-affarijiet interni tal-pajjiż fejn jintbagħtu. Fil-fatt hija l-proċedura tal-Unjoni Ewropea li missjonijiet tagħha jintbagħtu biss jekk tkun saritilha stedina mill-Gvern tal-pajjiż konċernat.
Dan apparti li huwa proċess delikat ħafna, jiswa ħafna flus. Biżżejjed ngħid li l-Missjoni li qiegħed immexxi jien ġiet allokata baġit ta’ €4 miljun.
Huwa għalhekk li ma tistax tintbagħat missjoni simili f’kull pajjiż fejn issir elezzjoni. Il-qofol tal-għan ta’ missjonijiet bħal dawn huwa t-tkattir tad-demokrazija f’pajjiżi fejn għal raġunijiet varji kien ikun hemm instabbilità u anke vjolenza.
L-Unjoni Ewropea temmen li l-ispiża li tkun saret fuq missjonijiet bħal dawn hija investiment b’risq id-demokrazija. Id-demokrazija ma tfissirx biss elezzjoni, iżda elezzjoni ġusta u trasparenti, mingħajr intimidazzjonijiet, xiri ta’ voti u żbilanċ sfaċċat fil-mezzi tax-xandir tal-istat. Jekk wieħed iħares lejn x’ġara fit-Tuneżija u x’qed jiġri fl-Eġittu, malajr jifhem li kieku l-Gvernijiet tagħhom kienu eletti b’mod aktar ġust, b’mod aktar trasparenti, tali gvernijiet kienu jgawdu aktar fiduċja mill-poplu.
Ma kienx ikun hemm il-ħtieġa għal irvellijiet, rivoluzzjonijiet, imwiet, tixrid ta’ demm u ħsara ekonomika tant kbira fiż-żewġ pajjiżi li lanqas biss tażżarda tikkwantifikaha. F’dan il-kuntest, sakemm il-flus li toħroġ l-Unjoni Ewropea jwasslu għal elezzjoni trasparenti, ġusta u bla vjolenza, jitqiesu bħala investiment li jirrendi stabbilità u paċi fir-reġjun.
Ir-reġjun sub-Sahara tal-Afrika ra gwerer kbar li matulhom twettqu atroċitajiet tal-waħx, imwiet ta’ miljuni ta’ nies u miljuni oħrajn jaħarbu minn pajjiżhom u jfittxu kenn ieħor.
Sitwazzjonijiet li fost affarijiet oħra jwasslu għal emigrazzjoni fuq skala kbira sew lejn il-pajjiżi ġirien tagħhom kif ukoll lejn pajjiżi aktar bogħod minnhom, l-aqwa li b’xi mod jeħilsu mill-gwerer u d-dittatorjat. Huwa b’riżultat ta’ dan li pajjiżna daq xi ftit mir-riżultati tas-sitwazzjoni. Qed nirreferi għal wasliet f’pajjiżna ta’ mijiet sostanzjali ta’ immigranti irregolari.
Il-metodu ta’ kif taħdem Missjoni bħal din huwa wieħed rigoruż ħafna. Din tal-Uganda mhux l-ewwel Missjoni tax-xorta tagħha. F’dawn l-aħħar seba’ snin dan il-metodu tħaddem f’45 pajjiż madwar id-dinja kollha. Primarjament jikkonsisti f’team ewlieni, iffurmat minn għaxar esperti f’diversi oqsma, fosthom dawk legali, midja, sigurtà, taħriġ ta’ osservaturi, proċess elettorali u loġistika, liema team jitmexxa mill-Osservatur Ewlieni bl-għajnuna tad-deputat tiegħu.
Fil-każ tal-Uganda, b’popolazzjoni ta’ madwar 32.5 miljun persuna, qsamna l-pajjiż fi 17-il reġjun komposti minn 112-il distrett. F’kull reġjun hemm grupp ta’ osservaturi, kollha f’kuntatt kontinwu magħna jirrapportaw x’qegħdin josservaw.
Ilhom hemm ġimgħat sħaħ biex b’hekk il-proċess ikun beda tul il-kampanja elettorali, ikomplu f’jum il-votazzjoni u anke wara li jitħabbru r-riżultati. F’pajjiżi bħal dawn issib qasma kbira f’dak li jiġri fl-ibliet u dak li jiġri f’postijiet rurali, villaġġi li jkunu eluf ta’ kilometri bogħod mill-ibliet.
Fil-fatt biex inlaħħqu magħhom fiżikament qegħdin nużaw ajruplani żgħar u flotta ta’ karozzi 4-wheel drive biex inwasslu u nieħdu lura, nies u provvisti. Kif wieħed jistenna l-akbar attenzjoni tkun iffokata fuq il-belt kapitali, fil-każ tagħna Kampala.
U dan huwa ovvju, peress li f’Kampala għandek il-Kummissjoni Elettorali, il-kwartieri ġenerali tal-partiti politiċi, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Oppożizzjoni; il-Qrati; kull xorta ta’ midja; l-Ambaxxati ta’ pajjiżi ewlenin, inkluż tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-għaqdiet non-governattivi.
Sibt ta’ għajnuna kbira, bħala kap ta’ din il-Missjoni, il-konsultazzjonijiet ma’ diversi Ambaxxaturi, għalkemm il-Missjoni tagħna hija indipendenti minn xi interessi li jista’ għandhom pajjjiżi li għandhom ambaxxati hemmhekk. Il-poplu Ugandiż se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu 24,000 post ta’ votazzjoni fejn jista’ jitfa’ l-vot tiegħu.
Għal jum il-votazzjoni tħejjew erba’ settijiet ta’ mistoqsijiet li jridu jitwieġbu mill-osservaturi tagħna, dwar l-andament tal-ġurnata tal-elezzjoni. Mistoqsijiet li jkopru l-proċess elettorali kollu, sa anke x’kien ġara fil-post tal-votazzjoni. L-għadd tal-voti jsir fl-istess post ta’ votazzjoni fejn ikun twaddab il-vot.
Ir-riżultat jiffirmawh l-uffiċjali elettorali u l-aġenti tal-partiti politiċi parteċipanti u mbagħad jintbagħat lid-Distrett partikolari b’mod elettroniku. Ir-rapport tagħna dwar l-andament tal-proċess elettorali kollu u f’kull stadju tiegħu, ikun maqsum fi tnejn.
Ikun hemm ir-rapport preliminarju, li nħabbru permezz ta’ konferenza stampa f‘lukanda ewlenija f’Kampala bejn siegħa u sagħtejn qabel jitħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni. Għalkemm huwa rapport preliminarju huwa wieħed kruċjali għax mingħajr ma nkunu influwenzati mir-riżultat tal-elezzjoni, inkunu rridu ngħaddu ġudizzju dwar jekk inħossux li l-proċess kienx validu jew le.
Iridu jgħaddu xahrejn oħra mbagħad biex nerġa’ ninżel l-Uganda u nippreżenta rapport dettaljat b’rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet, u l-partiti politiċi u lill-pubbliku. Irrid ngħid li f’sitwazzjonijiet simili kien hemm okkażjonijiet, bħalma kien il-każ tan-Niġerja, fejn il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ddikjarat li l-proċess tant kien abbużat li r-riżultat li kellu joħroġ ma kellux jiġi rispettat.
Kien hemm imbagħad, għall-kuntrarju, il-każ tal-Kosta tal-Ivorju, bir-rapport jgħid li l-proċess kien wieħed validu u allura r-riżultat kien leġittimu, imma l-partit fil-Gvern ma riedx jaċċettah.
Ftit wara l-wasla tiegħi f’Kampala l-ġimgħa l-oħra, tajt konferenza stampa li matulha sħaqt ħafna dwar l-importanza li ma jkunx hemm vjolenza ta’ kull xorta, la qabel, la waqt u lanqas wara l-elezzjoni. M’għandi l-ebda dubju li r-riskji qegħdin hemm.
Allegazzjonijiet serji hemm ukoll u huma bosta, speċjalment mill-partiti tal-Oppożizzjoni u mill-għaqdiet non-governattivi.
Wieħed jittama li fl-interess tal-pajjiż, fl-interess tat-tkattir tad-demokrazija, tul dawn il-jiem li ġejjin sa jum il-votazzjoni u wara t-tħabbir tar-riżultat, il-proċess jimxi kif mixtieq.
8 responses to “Missjoni ta’ osservanza mill-UE”
compra de medicamentos en Bélgica confiable Medicus Oudenaarde
dove acquistare farmaci in modo sicuro in Italia
будин илья николаевич пермь роман коваленко хабаровск ольга стилист
ярославль
попова людмила александровна барнаул авито нижний новгород штатные магнитолы
наждачная бумага в костроме
medicamentos para pedir sin receta Aristo Le Rœulx online apotheek
in Nederland die medicijnen verkoopt
путешествие сонник миллера карта таро влюбленные и повешенный к чему снится
огромная белая корова
25 апреля кто я по гороскопу, 25 апреля знак зодиака мужчина совместимость приснилось что сбил детей на машине
значення чисел 1011 до чого сниться бачити золоте
Молитва за новий початок до Миколая гороскоп про рака характер людини
Hello there! I know this is kinda off topic but I was wondering if
you knew where I could locate a captcha plugin for my comment form?
I’m using the same blog platform as yours and I’m having trouble finding
one? Thanks a lot!
дыбыс қаттылығы немен анықталады, дыбыс
қаттылығы неге тәуелді әкені жоқтау сөздері, әкені
аңсау сөздері қанттың түрлері,
қанттың пайдасы мен зияны онер алды кызыл тил макал, өнер алды қызыл тіл
My relatives all the time say that I am killing my time here at net, but I know I am getting knowledge daily by reading thes pleasant content.