Sinjal b’Saħħtu kontra l-Prekarjat


B’Avviż Legali li ġie ppublikat illum twaqqaf Tribunal għal Sanzjonijiet Kummerċjali fejn kumpaniji li jkomplu jippersistu fl-użu ta’ prattiki tal-prekarjat se jkunu blacklisted. Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa Kastilja.

Minn issa ’l quddiem kumpanija mhux biss titlef il-kuntratt li jkollha mal-Gvern iżda ma tkunx tista’ tieħu sehem f’kuntratti oħra ta’ servizz mal-Gvern għal perjodu stabbilit.

Dr Muscat qal li min jinqabad jippersisti fil-prekarjat se jkun blacklisted minn sitt xhur sa sentejn u b’hekk jitlef il-kuntratt li jkollu mal-Gvern u ma jkunx jista’ jipparteċipa f’kuntratti oħra. B’dan il-mod il-Gvern qed jibgħat sinjal b’saħħtu immens biex jiġġieled il-prekarjat.

 Jer 0192 copy

Il-Prim Ministru qal li fl-aħħar sentejn il-Gvern daħħal diversi miżuri biex jiġġieled il-prekarjat minn minoranza żgħira ħafna li qed tippersisti b’din il-prattika.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed joħroġ aktar flus biex dawk li jaħdmu fl-oqsma tas-sigurtà, it-tindif u l-oqsma kollha klerikali permezz ta’ kuntratti pubbliċi jingħataw livell ta’ għajxien ġust. Fil-qasam tas-saħħa biss, il-Gvern se joħroġ mal-ħames miljun ewro fis-sena aktar biex isewwi l-anomaliji fil-pagi.

Dr Muscat qal li fl-għoti tal-kuntratti l-isfida tal-Gvern se tkun li jidħol il-kriterju tal-kwalità u mhux jibqa’ biss dak tal-orħos prezz.

 

Jer 0137 copy

Il-Ministru tal-Finanzi, Prof. Edward Scicluna qal li l-Gvern aġġixxa sentejn qabel id-dħul ta’ DirettivaKommunitarja f’dan il-qasam u se jwaqqaf Tribunal għal Sanzjonijiet Kummerċjali. Qal li l-Gvern qed iwettaq ukoll parti mill-Programm Elettorali.

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li l-Gvern mill-bidu nett beda jindirizza l-prekarjat b’regolamenti biex jikkontrollaw din il-problema. Hi semmiet li fid-Dipartiment tax-Xogħol żiedu l-ispetturi u żdiedu l-ispezzjonijiet.

Is-Segretarju Permanenti Prinċipali, is-Sur Mario Cutajar qal li mal-Gvern hemm iktar minn 100 kuntratt ma’ kuntratturi privati li joffru servizzi ta’ tindif, ta’ skrivana, ta’ care workers u ta’ uffiċjali tas-sigurtà. Mal-bidla fl-amministrazzjoni daħlu kriterji ġodda għall-kuntratti pubbliċi biex tingħata garanzija li l-ħaddiema tal-kuntrattur jingħataw dak li huwa tagħhom u jitħallsu kif suppost, tant li ddaħħlet ir-rata minima ta’ ħlas għal kull siegħa.

 

Friday  6th March 2015

 

govmt_logo   MI   maltatoday2_logo   tvmnews_logo   iNews_Logo

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *