Riskji sistematici


Ricentement hareg ir-rizultat ta’ 91 ‘stress tests’ li saru fuq l-ikbar banek ta’ kull pajjiz membru tal-UE, fost hom Malta. Fil-kaz ta’ Malta dan sar fuq il-Bank of Valletta filwaqt li l-HSBC Malta kien suggett ghall-istess ezer cizzju imma fuq bazi globali. Sebgha mill-91 bank m’ghaddewx mit-test. La l-Bank of Valletta u lanqas l-HSBC ma kienu fost dawn is-sebgha.

‘Stress test’ ismu mieghu, ezami ta’ sahha fi zmien ta’ prova. Waqt kundizzjoni jiet difficli li xejn ma jigi kif previst jew mixtieq. ‘Stress tests’ isiru fuqna mit-tobba biex jaraw qalbna kemm tiflah. Isiru fl-industrija tal-bini biex jaraw il-konkrit tas-saqaf jiflahx il-piz. Isiru fuq il-banek ukoll, jaraw kemm hu ma b’sahhithom meta jiffaccjaw l-ghawg.

Fil-kaz tal-banek, l-akbar periklu huwa meta joghlew certi riskji mis-swieq jew minn cirkostanzi bhalma graw fil-krizi finanzjarja u wara tar-ricessjoni ekonomika. Huwa f’sitwazzjonijiet bhal dawn li trid tara x’sahha, x’kapital, jippossjedu l-banek.

Fost ir-riskji li jistghu jo holqu periklu ghall-banek, hemm dawk li jissejhu riskji sistematici. Konxji minn dan, permezz ta’ Direttiva tal-UE, mill-ewwel ta’ Jannar li gej, mistenni li jkun twaqqaf bord apposta – il-European Systemic Risk Board – bord li jghasses ghal dawn ir-riskji. Bord immexxi mill-Bank Centrali Ewropew biex jghasses l-istituzzjonijiet finanzjarji u jara x’jista’ jwassal ghal dak li wasal fuqna digà u esperjenzajnih, bit-tama li ma jergax isir. Fuq kollox jagixxi. ’Il quddiem isiru ‘stress tests’ fuq banek ohrajn u moniteragg tal-istituzzjonijiet finanzjarji l-iktar marbutin ma’ riskji sistema tici.

Dan iwassalni ghal xi haga ohra konnessa mal-banek, ma’ certi bankiera. Ma’ riskji li jistghu jir rendu hafna flus lil uhud li fir-realtà ma jkunu hadu ebda riskju bi flushom ghax ma jkunu hargu ebda centezmu minn buthom. Riskji li jservu ta’ karrottu, imma li jirrendu l-miljuni. Karrottu finanzjar ju li jgieghel lil dawn il-bankiera jirsistu fis-sogru li jiehdu biex jirrendu fi qliegh kbir ghall-flus investiti maghhom.

Izda mbaghad trid tara x’jigri meta u jekk jinqala’ xi saram u jintilfu flejjes kbar. Min ikun dahal ghas-sogru ghax attirah il-karrottu finan zjarju ma jkun hareg xejn minn flusu u finalment is-saram jingarr mic-cittadin li jhallas it-taxxi permezz tal-‘bail-outs’.

Huwa dan ic-cittadin li jkollu jaghmel tajjeb ghal min zbalja, ghal min issogra zzejjed ghax moghmi mill-karrottu finanzjarju.

Dan mhux sewwa. U ghax mhux sewwa, il-Parlament Ewropew, bi qbil mal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi tal-UE, ghadda regolament li l-flus tal-karrottu finanzjarju ma jinghatawx bil-quddiem.

Tinghata parti zghira minnhom, u mbaghad jistennew ghal perjodu ta’ erba’ snin biex jaraw l-andament ta’ dak ix-xoghol li jkunu ghamlu dawn il-bankiera. Jaraw x’sarraf ghal dak il-bank partikolari. Jekk kollox ikun mar sew jiehdu l-kumplament. Hemm limitu ta’ x’jista’ jinghata u ma jinghatax.

Fi ftit kliem, l-iskop hu biex il-bankiera koncernati ma jidhlux ghal riskji bla bzonn li jipperikolaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji. Irridu naraw li dawn il-bankiera ma jidhlux ghal riskji zejda li jistghu jwasslu ghal saram kbir li jolqot lill-ekonomiji tad-dinja kollha, kif fil-fatt gara.

Hija zbaljata l-interpretazzjoni li setghet inghatat li dan ifisser indhil lill-banek dwar kemm ihallsu lin-nies taghhom. Dik hija affari tal-azzjonisti. Affari ta’ min ipoggi flusu f’dawn l-istituzzjonijiet. Daqstant iehor hija zbaljata l-attitudni li la ahna, il-poplu Malti u Ghawdxi, il-banek taghna m’ghandhomx problema, allura ftit li xejn ghandu jinteressana jew jimpurtana x’qed jigri. Ghandu jinteressana u ghandu jinteressana hafna.

Mela l-banek taghna meta jinvestu ma jinvestux barra wkoll? Mela kumpaniji ta’ assigurazzjoni ma jergghux jinvestu barra? Jekk iweggghu dawk il-banek u istituzzjonijiet barranin li flusna qeghdin ghandhom ghax hemm ikunu investewhom il-banek u l-kumpaniji ta’ assigurazzjoni Maltin li fihom ikun investa flusu c-cittadin Malti u Ghawdxi, ma nkunux qeghdin inweggghu ahna wkoll?

Ghalhekk mehtiega s-supervizjoni. Fil-kaz ta’ pajjizna din is-supervizjoni ssir mill-Malta Financial Services Authority (MFSA), kemm fil-banek, fil-kumpaniji ta’ assigurazzjoni kif ukoll fil-Borza. Fil-banek u istituzzjonijiet finanzjarji x’jigri? Ir-regolamenti ghalihom qeghdin jin bidlu. Tibdil li se jwassal ghal aktar trasparenza. Xejn bil-mohbi u bis-‘supervisors’ mgharfin b’kollox.

Pakkett ta’ regolamenti li hu ttamat li sa Settembru li gej ikun maqbul kollu mal-Kunsill tal-Ministri tal-Finan zi u jidhol fis-sehh f’Jannar tas-sena 2011. Pakkett li digà qieghed fis-sehh fl-Istati Uniti. Sta ghall-UE li jkollha r-regolamenti finanzjarji taghha, bit-tama li ma nergghux naraw krizijiet finanzjarji u ekonomici bhal dawk li rajna f’dawn l-ahhar snin.

Mill-Prof. EDWARD SCICLUNA, Membru Parlamentari Ewropew Laburista


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *