Kjarifika dwar il-miżuri tal-Budget


Il-Ministeru għall-Finanzi jixtieq jikkjarifika li l-miżuri tal-budget huma dawk imħabbra fid-diskors tal-bieraħ.

Il-Ministeru nġibditlu l-attenzjoni li bi żvista għal xi ħin fil-website tiegħu, ittella’ working document minflok dokument finali, u li kien jinkludi proposti li mhumiex parti mid-diskors finali tal-budget. Dan id-dokument, li tiegħu ġew stampati wkoll numru zgħir ta’ kopji provisjonali, ġie rtirat ftit tal-ħin wara.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Għalhekk, miżuri bħal dik tal-classic cars li qed tiġi rraportata minn xi ġurnali, hi miżura li ma ġietx aċċetta mill-Gvern u fil-fatt ma ġietx inkluża fid-diskors tal-budget.

Id-dokument jinkludi wkoll ċertu miżuri soċjali, li għad fadal xogħol tekniku x’ isir fuqhom, u li dan ma ġiex konkluż fil-ħin biex jiġu inklużi fid-diskors tal-budget.

 

MFIN1210201502 featured

Hemm ukoll deċiżjonijiet amministrattivi, bħall-għoti tal-ex Cafe Premier lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, li mhumiex miżuri ta’ budget u li l-Gvern se jkun qed jikkonferma fil-jiem li ġejjin.

Il-Ministeru jixtieq jieħu l-okkażjoni biex jirringrazzja lill-ħaddiema tiegħu u tad-dipartimenti relatati għax-xogħol li wettqu minkejja l-pressjoni kbira ta’ ħin li kellhom fuqhom.

 

– Tuesday, 13th October, 2015

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *