Maltese Articles

English Articles

Press Releases

News, Press Releases


It-tielet ċentru speċjalizzat ta’ servizz.gov soft launched illum

Mil-lum iċ-ċentru speċjalizzat tat-tassazzjoni bl-isem ta’ Taxpayer Service servizz.gov fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku hekk kif ġie soft launched wara xogħol strutturali li sar f’dawn l-aħħar xhur.

Iċ-ċentru, l-istess post li fih iċ-ċittadin kien jinqeda f’affarijiet relatati mat-taxxa fil-Furjana, ingħata dehra ġdida u b’hekk sar it-tielet ċentru speċjalizzat ta’ servizz.gov. Minn dan iċ-ċentru, iċ-ċittadin jista’ jinqeda b’mod mill-aktar professjonali minn persuni fil-qasam tat-taxxa u minn oħrajn dwar servizzi governattivi oħra.

Il-kunċett taċ-ċentri speċjalizzati hu li ċ-ċittadin jingħata servizz mill-aktar effiċjenti u komdu taħt saqaf wieħed. Fil-ġimgħat li għaddew infetħu żewġ ċentri speċjalizzati oħra, dak ta’ edu servizz.gov u Ċentru Servizz Familja servizz.gov, b’dan tal-ewwel jiffoka fuq servizzi edukattivi filwaqt li l-ieħor jiffoka fuq servizzi relatati mal-familja.

Bil-għan li l-pubbliku jinqeda aħjar, iċ-ċentru speċjalizzat tat-tassazzjoni se jkun qed jopera b’ħinijiet ġodda. Dan ifisser li se jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sas-Sibt mit-tmienja ta’ filgħodu sas-siegħa ta’ waranofsinhar, u l-Erbgħa filgħaxija mill-erbgħa u nofs sas-sebgħa.

It-tnedija uffiċjali taċ-ċentru se ssir fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Monday 8th April 2019


Ask Edward