Irreġistrata rata rekord ta’ tkabbir fl-impjiegi


Statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblikata uriet li r-rata ta’ tkabbir fl-impjiegi żdiedet u laħqet ir-rata rekord ta’ 5.8 fil-mija.

L-istatistika b’ċifri pprovduti minn JOBS+ uriet li f’Jannar ta’ din is-sena żdiedu l-irġiel u n-nisa jaħdmu; kemm fuq bażi full-time kif ukoll dawk part-time.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra, f’Jannar tal-2017 l-impjiegi full-time żdiedu b’10,133 u dawk part-time żdiedu b’1,857.

B’hekk għal xahar ieħor, pajjiżna reġa’ rreġistra riżultat li juri żieda fl-impjiegi u tnaqqis fil-qgħad. Taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista kien hawn 7,350 persuna bla xogħol. Il-fatt li pajjiżna ra n-numru ta’ dawk jirreġistraw jaqa’ għal terz dak li kien fl-2013, kontra l-queue ta’ nies jirreġistraw li kien ibeżża’ bihom il-Partit Nazzjonalista żewġ elezzjonijiet ilu, huwa l-aqwa ċertifikat li Malta għandha ekonomija fejn il-ġid qed jasal għand aktar nies.

B’sodisfazzjon il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna nnota li “miżuri bħaċ-childcare centres b’xejn u tapering tal-benefiċċji qed iħallu l-frott, biex xahar wara l-ieħor, pajjiżna qed jara iktar nies joħorġu jaħdmu, speċjalment in-nisa – li żdiedu b’rata ta’ 7.5 fil-mija”.

https://www.gov.mt/en/Government/Press%20Releases/Pages/2017/July/14/pr171693.aspx   

Friday 14th July 2017

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *