Il-miżuri tal-‘budget’ immirati lejn l-anzjani


“L-anzjani u l-pensjonanti huma l-prijorità ta’ dan il-gvern. Fl-aħħar snin mhux biss żidna l-pensjonijiet imma daħħalna wkoll miżuri oħra li forsi ma jolqtux lil kull anzjan l-istess”, qal il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema ‘Malta ngħixu s-suċċess’ flimkien mal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, fejn ġew spjegati d-diversi miżuri mħabbra fil-budget għas-sena d-dieħla li jikkonċernaw lill-anzjani.

 

Budget 19 – Malta Ngħixu s-Suċċess: Minister for Finance Edward Scicluna and Minister for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity Michael Falzon address a press conference

 

Il-Ministru Scicluna spjega li fil-ġimgħat li ġejjin se tiddaħħal l-iskema tal-Equity Release bil-għan li dawk l-anzjani li għandhom il-post tagħhom ikunu jistgħu jissuplimentaw il-pensjoni tagħhom.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

 

Il-Ministru qal li l-bank se jkun jista’ jagħti somma ta’ flus fix-xahar lill-pensjonant, li wara mewtu – ladarba tinbiegħ id-dar – il-bank ikun jista’ jieħu l-parti tiegħu lura. Din l-iskema se tgħin biex aktar anzjani jkomplu jgawdu djarhom filwaqt li jogħla l-livell tal-ħajja tagħhom.

Il-Ministru Scicluna semma wkoll li matul is-sena d-dieħla, wara s-suċċess tal-aħħar sentejn, se jerġa’ jkun hemm ħruġ ta’ bonds magħrufa bħala 62+ Government Bond, bil-għan li l-pensjonanti jkollhom inrojtu aħjar fuq flushom f’xenarju fejn ir-rati tal-imgħaxijiet fuq il-kontijiet bankarji fissi għadhom baxxi.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Michael Falzon qal li, “Is-sena 2019 se tfisser li għar-raba’ darba konsekuttiva se nerġgħu naraw żieda lill-pensjonanti kollha, qed nitkellmu fuq 92,000 pensjonant. Rajna preżentazzjoni ta’ budget li jqassam il-ġid u għalhekk il-pensjonanti huma fil-qalba soċjali tar-riżultati ekonomiċi pożittivi li Malta qed tikseb”.

 

[nggallery id=319]

 

Il-Ministru Michael Falzon qal li kull pensjonant se jara żieda ta’ €4.50 u spjega li din hi żieda b’saħħitha speċjalment meta wieħed iqis kemm tnaqqsu piżijiet minn fuq l-anzjani fl-aħħar snin.

Dan il-budget ifisser ukoll li 2,200 pensjonant tas-servizz se jiżdiedu medja ta’ €11 fil-ġimgħa filwaqt li se terġa’ tingħata l-għotja ta’ €300 għal dawk l-anzjani (75+) li jibqgħu jgħixu fil-komunità. Il-Ministru Michael Falzon fakkar li għal darba oħra se terġa’ tkun allokata s-somma ta’ €11 miljun biex jissewwew inġustizzji tal-passat.

 

– Thursday, 1st November, 2018

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *