Dak li ħaddieħor wiegħed li se jagħmlu f’10 snin, dan il-gvern għamlu f’sena


Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna laqgħu b’mod pożittiv ir-riżultati ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar Income & Living Conditions 2015.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI U MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Fost it-titjib jispikka li r-riskju ta’ faqar u l-esklużjoni soċjali fost dawk taħt it-18-il sena naqas għal 28% minn 32% qabel il-bidla fil-gvern – tnaqqis ta’ kważi 3,000. Dan jirrifletti l-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam – liema ħidma waslet ukoll biex Malta jkollha l-inqas rata ta’qgħad fost iż-żgħażagħ. Taħt il-gvern preċedenti, ir-rata ta’ faqar u l-esklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ kienu telgħu minn 25% għal 32%, żieda ta’ 4,000 persuna.

 

TnaqqisTN

 

Il-ħidma tal-Gvern favur dawk l-aktar vulnerabbli toħroġ ukoll mill-fatt li s-sena li għaddiet dawk f’sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali severa naqsu bi 8,516, u aktar minn 20,000 tneħħew minn sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali.

Taħt l-amministrazzjoni preżenti kien hemm ukoll titjib fir-riskju ta’ faqar u l-esklużjoni soċjali fost il-familji taħt l-età pensjonastika, minn 22.5% għal 20.5%. Dan jikkuntrasta ma’ dak li seħħ fil-ħames snin ta’ qabel, meta kien hemm żieda minn 17.5% għal 22.5%, jew 14,000 aktar. Fl-ewwel sentejn ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm tnaqqis ta’ 5,500 persuna. Dan jirrifletti ż-żieda fl-impjiegi speċjalment fost in-nisa, żieda li xprunat minn miżuri bħal child-care b’xejn u t-tapering tal-benefiċċji soċjali. Barra minn hekk, l-istatistika uffiċjali tindika li fl-ewwel sentejn ta’ din l-amministrazzjoni, id-dħul disponibbli ta’ familja medja tjieb b’€2,500, jew bi kważi 25% aktar miż-żieda osservata fl-aħħar sentejn tal-amministrazzjoni preċedenti.

Il-Ministru Farrugia rrimarka li għal eluf ta’ persuni, l-aktar fil-bżonn, il-ħidma ta’ dan il-gvern qed tagħmel differenza filwaqt li r-riżultati pożittivi huma ċari u juru li dan il-gvern miexi fit-triq it-tajba.

“Il-fatt li l-persuni f’riskju ta’ faqar u l-esklużjoni soċjali niżel b’5,000 persuna jimlina bil-kuraġġ filwaqt li jurina progress sostanzjali’’, qal il-Ministru Farrugia.

 

pr162034b

Dr Farrugia tenna li l-ħidma f’dan il-qasam se tkompli anke permezz tal-Budget 2017 li se jkun fih numru ta’ miżuri li jgħinu lil dawk il-persuni vulnerabbli u fil-bżonn.

 

pr162034d

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega li din l-istatistika pożittiva tirrifletti l-effetti tal-ewwel budget tal-Gvern għas-sena 2014.

“Bl-ewwel miżuri li ħadna f’dik is-sena,” qal il-Ministru Scicluna, “irnexxielna nnaqqsu u nistabilizzaw in-numru ta’ persuni f’riskju ta’faqar.” Dan wara li fis-sena ta’ qabel, l-2013, irnexxielna nistabilizzaw u nwaqqfu għal kollox iż-żieda ta’ nies f’riskju ta’ faqar li kienet ilha tiżdied mis-sena 2008”.

Il-Professur Scicluna spjega li l-Gvern irnexxielu jindirizza l-problema tal-faqar għax kattar l-opportunitajiet ta’ xogħol fil-pajjiż.

‘‘Sew din is-sena u s-sena d-dieħla għadna naraw l-effett ta’ miżuri oħra favur dawk li għandhom qligħ baxx fejn naqqasna t-taxxi u żidna l-pensjoni minima,’’ qal il-Ministru Scicluna, hekk kif wiegħed aktar sorpiżi għall-Budget tal-2017 favur it-tisħiħ tal-ekonomija u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

 

 

Friday 23rd September 2016

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *