‘Government Savings Bond’ għall-pensjonanti


Il-Government Savings Bond għall-pensjonanti mistenni jinħareġ fil-bidu tat-tieni parti ta’ din is-sena wara li jsiru l-arranġamenti leġiżlattivi meħtieġa sabiex il-Gvern ikun jista’ joħroġ dan it-tip ta’ bond.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

press

 

Persuni li twieldu matul is-sena 1955 jew qabel se jkunu eliġibbli biex jinvestu f’dan is-savings bond. Ir-rata ta’ mgħax se tkun fissa u l-investiment se jkun marbut għal ħames snin. Dan is-savings bond mhux se jkun negozjat fuq il-Borża ta’ Malta u ma jistax jiġi trasferit minn persuna għal oħra.

 

“L-iskop ta’ dan is-savings bond huwa sabiex il-pensjonanti jtejbu d-dħul tagħhom mill-interessi, f’ambjent fejn ir-rati ta’ mgħax niżlu sew. Għaldaqsant, ir-rata ta’ mgħax offruta se tkun aktar attraenti minn dik li joffri s-suq”, spjega l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

 

Aktar dettalji dwar il-Government Savings Bond se jkunu kkomunikati qrib id-data tal-pubblikazzjoni tal-offerta.

govmt_logo   newsbook_logo

Wednesday 8th February 2017

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *