Żjara lill-ħaddiema tad-dwana stazzjonati fl-ajruport internazzjonali f’jum il-Milied


F’jum il-Milied, il-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna żar lill-ħaddiema tad-dwana stazzjonati fl-ajruport internazzjonali u li kienu skedati sabiex jaħdmu f’dak il-jum.

 

Stqarrija Maħruġa Mill-Ministeru Għall-Finanzi

Il-Ministru Scicluna rringrazzja u rrikonoxxa lill-ħaddiema kollha, li filwaqt li f’dawn il-jiem ta’ festi kulħadd ikun magħqud jiċċelebra mal-għeżież tiegħu, dawn il-ħaddiema, fost oħrajn, ikomplu jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-poplu Malti.

[nggallery id=237]

 

Il-Ministru Scicluna kien akkumpanjat fuq din iż-żjara mid-direttur inkarigat mill-Enforcement Unit fid-dwana, is-Sur Anthony Busuttil.

 

govmt_logo   maltatoday2_logo

– Friday, 26th December, 2014

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *