Laqgħa ta’ Diskussjoni – EJJA U STAQSI – Il-Ġimgħa, 19 t’Ottubru – Aida Hall, Żurrieq


‘I managed to convince the Eurostat Statistics Committee that small Member States like Malta should be included in all reports and studies. Till now Malta and other small EU Member States were being excluded from these studies and reports because of lack of resources’, Labour MEP Professor Edward Scicluna stated when addressing a public meeting, ‘Ejja u Staqsi’ on Friday 19th October in Żurrieq. He also announced that recently he has put forward two questions to the European Commission regarding Malta’s statistics and finances. Professor Scicluna spoke about his work in the European Parliament and fielded questions put to him by members of the large audience present.

 

‘Irnexxieli nirbaħ il-punt tiegħi li pajjiżi żgħar bħal Malta, għandhom ikunu nklużi fl-istudji u r-rapporti kollha tal-Unjoni Ewropea. Sa issa Malta u pajjiżi żgħar bħalha ma kienux jiġu nklużi fir-rapporti u studji kollha sempliċiment minħabba nuqqas ta’ riżorsi’. Dan qalu l-Ewroparlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna meta kien qed jindirizza laqgħa pubblika nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru fiż-Żurrieq bit-tema ‘Ejja u Staqsi’. Huwa qal li għamel dan f’laqgħa fi Brussell li huwa u uffiċjali oħra kellhom dwar it-tfassil tal-baġit tal-aġenzija tal-Istatistika Ewropea, l-Eurostat. Il-Professur Scicluna ħabbar ukoll li reċentement għamel żewġ mistoqsijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-istatistika u l-finanzi tal-gvern Malti. Huwa tkellem ukoll dwar ħidmietu fil-Parlament Ewropew u wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-udjenza kbira preżenti.

 

[nggallery id=101]

 

– Friday, 19th October, 2012

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *