Il-Parlament Ewropew jinsab aggornat ghall-btajjel tas-sajf. Ninsabu weqfin sal-ahhar gimgha ta’ Awwissu meta mbaghad nergghu nibdew ir-rutina. Zmien ta’ mistrieh minn hafna skarigg ta’ vjaggar, ta’ laqghat twal ta’ kumitati u tal-plenarja. Imma fl-istess hin zmien ta’ riflessjoni fuq dak li jkun sar u dak li jkun mistenni jsir, jew jitkompla, malli nergghu nibdew niltaqghu. L-aggornament ghall-btajjel tas-sajf ikun ifisser ukoll tmiem ta’ sena legislattiva ohra. Digà ghaddew sentejn minn legislatura ta’ hamsa.
Kienet sena movimentata, taht dell ta’ inkwiet finanzjarju u ekonomiku kbir immens. U hekk se tkun ghadha s-sitwazzjoni meta naghtu bidu ghat-tielet sena tat-terminu. Rajna, u ghadna qeghdin naraw, lill-munita ewro thabbat wiccha mal-ewwel skoll serju. Iz-Zona Ewro ghadha mreghda. Dak li beda mill-Grecja nfirex b’mod kontagjuz finanzjarju ghal pajjizi ohrajn taz-Zona.
Is-saram kiber ghax it-Trattat ta’ Lisbona ma kienx jahseb ghal eventwalità bhal dik li qeghdin nghixu. U allura lanqas ma kien jahseb ghal pjan alternattiv. Anzi. It-Trattat kien jipprojbixxi li jkun hemm xi forma ta’ salvatagg.
Kienet il-Grecja li xeghlet il-bozza l-hamra mhux biss ghaz-Zona Ewro imma ghall-Unjoni Ewropea kollha. Kien, u ghadu, xenarju li jbezza u li hadd ma ried jimmaginah minhabba l-konsegwenzi koroh sew ekonomici kif ukoll politici. L-istorja ghadna qeghdin nghixuha. Mal-Grecja zdiedet l-Irlanda u aktar tard il-Portugall. Rajna protesti kbar. Rajna Gvernijiet jitnehhew. Rajna u ghadna qeghdin naraw mizuri kbar ta’ awsterità li wahedhom mhumiex soluzzjoni ghall-krizi. Mizuri li komplew izidu l-instabilità u l-protesti. Sadattant il-pajjizi taz-Zona Ewro ppumpjaw il-biljuni ta’ ewro lill-Grecja bilghan li jghinuha ssalva.
F’Settembru li ghadda l-Kummissjoni Ewropea ghamlet l-ewwel proposti taghha. L-ghan kien li jinholqu sett ta’ riformi bilancjati li jaghtu spazju lil pajjizi Ewropej biex johorgu mid-diffikultajiet ekonomici taghhom, iqumu fuq saqajhom u jsiru globalment kompetittivi. M’hemm ebda dubju li ebda pajjiz ma jista’ jkun ekonomikament kompetittiv meta jkollu djun u deficits kbar.
Izda lanqas ma jfisser li s-sitwazzjoni titranga billi timponi mizuri ta’ awsterità iebsin immens. Mizuri bhal dawn wahedhom ikomplu jdghajfu l-ekonomiji digà batuti. Il-Grecja hija l-akbar ezempju ta’ dan. Ir-rizultat ikun kompletament kontroproduttiv. Ziemel li jkun qed joghtor inutli li tkompli taghtih bil-frosta. Mhux talli mhux se jitlaq jigri talli x’aktarx twasslu biex jinstabat mal-art. It-talba ta’ Merkel biex il-banek jgorru ftit mil-piz hija ammissjoni ta’ dak li konna nghidu xhur ilu f’dan ir-rigward.
Saret hidma kbira fuq il-famuz Pakkett ta’ Governanza Ekonomika. Hidma li saret fi glieda kontra l-hin…..li ma rnexxelnix nirbhuha sakemm aggornajna ghall-btajjel tas-sajf u li allura jfisser li l-problema se nsibuha mill-gdid ma’ wiccna malli nergghu lura lejn Brussels.
Il-Pakkett ta’ Governanza Ekonomika huwa importanti hafna mhux biss ghall-Ewropa. Qed tistennih id-dinja kollha. Ghax huwa mahsub biex bih nipprovaw insolvu l-krizijiet u nilqghu ghal ohrajn. Sfortunatament ma waslnix kif kien irnexxielna naslu is-sena l-ohra fuq il-pakkett li jirrigwarda s-supervizjoni tal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji fejn kien hemm maggoranza kbira favur u allura kien hemm ftehim.
Din id-darba hemm nuqqas ta’ ftehim sew bejn il-Gruppi Politici fil-Parlament, kif ukoll bejn il-Parlament u l-Kunsill. Pajjizi bhall-Germanja u ohrajn kbar u b’sahhithom bhalha jridu biss li t-trazzin tad-djun u d-deficits, li hija xihaga tajba u mehtiega, isir biss b’mizuri ta’ awsterità u sanzjonijiet.
Fuq dan ma naqblux. U ghalhekk is-Socjalisti fil-Parlament Ewropew ivvutajna favur tnejn biss mis-sitt rapporti li jiffurmaw l-Pakkett ta’ Governanza Ekonomika. Bir-ragun li l-Partiti Socjalisti Ewropej u t-trejdunjins ma jaqblux li dan wahdu huwa s-soluzzjoni. Bir-ragun li nopponuh ghax ma joffrix tama ta’ holqien ta’ xoghol. Ma johloqx investiment. Bhalma ma johloqx tkabbir ekonomiku. Kif jista’ pajjiz digà mghaffeg taht il-problemi johrog minnhom jekk ma tahsiblux illum ghal mod kif jissahhah?
Waqafna ghall-btajjel tas-sajf b’nuqqas ta’ qbil dwar it-terminu kumplikat maghruf bhala Reverse Majority Voting. Il-Germanja u Franza jridu li l-Kummissjoni Ewropea tmexxi fuq kollox, imma mhux meta nigu ghal fazi ta’ prevenzjoni. Wiehed jista ma jaqbilx ma principju kif jittiehdu d-decizzjonijiet ghal quddiem, imma jew taqbel ma ghandikx tiddiskrimina bejn fazi u ohra u li permess taghha pajjiz kbar jinghatalhom ic-cans li jergghu jaghwgu r-regoli meta jaqblilhom. Huwa sewwa li jkunu l-pajjizi l-kbar li ma jkunux taht sanzjonijiet li jiddeterminaw il-politika ta’ prevenzjoni?
Kien ittamat li l-gruppi politici ewlenin kienu se jahdmu flimkien biex iwasslu ghal sett ta’ riformi bilançjati li jikkombinaw is-sanzjonijiet mal-incentivi. Sfortunatament dan ma wasalnix ghalih. Ghalkemm il-Parlament hu konxju bl-importanza li dan il-Pakkett jghaddi llum qabel ghada, hada bi kbira li l-Kunsill raga’ lura minn kellmtu u jrid jiddetta lil Parlament x’ghandu jaghmel.
Ma rridx ninhass negattiv, imma inutili tahrab milli ssemmi dak li hu negattiv sempliciment biex ma tidhirx hekk. Nista’ ma nsemmix in-nuqqas ta’ solidarjetà li esperjenzajna f’dik li hija immigrazzjoni rregolari? Mhux qed nitkellem fuq snin ilu. Qed nitkellem fuq grajjiet li esperjenzajna fl-ewwel xhur ta’ din is-sena kawza ta’ dak li sehh fil-pajjizi girien taghna fl-Afrika ta’ Fuq, mir-rivoluzzjoni Tunezina ‘l hawn, aktar u aktar bil-konflitt imdemmi attwali fil-Libja. Jista’ pajjizna ma jhossux dizappuntat bin-nuqqas ta’ solidarjetà mieghu? Zgur li ma jistax, aktar u aktar meta tali dizappunt esprimietu ghal aktar minn darba l-Unjoni Ewropea nnifisha.
Hemm ukoll dak li huwa sinifikament pozittiv, bhalma huwa l-qasam tas-sahha. Qed nirreferi b’mod partikolari ghad-direttiva li permezz taghha pazjent f’pajjiz partikolari jkun jista’ jmur ghal kura f’pajjiz iehor tal-Unjoni Ewropea jekk f’pajjizu t-trattament mehtieg ma jkunx jinghata jew inkella jkun irid jistenna ghal zmien twil biex jinghatalu.
Wiehed ghad irid jara kif se tkun interpretata direttiva bhal din fir-rigward l-Maltin izda zgur li hija xihaga sinifikattiva hafna.
‘Il ftit gimghat fejn ir-ritmu ta’ hidmietna fil-Parlament Ewropew imajna joffri wkoll hin ghal riflessjoni fuq dak li jkun sar u fuq dak li ghad irid isir. Riflessjoni mehtiega biex tixprunana ghal aktar hidma b’risq pajjizna.
l-orizzont – It-Tnejn 01/08/2011