X’għandu jimportana mill-Afrika


GĦal ħafna snin għal ħafna Maltin u Għawdxin l-Afrika kienet biss post għal xi ftit sorijiet u patrijiet missjunarji qalbiena. Min-naħa tagħna, bħala poplu wieħed, konna nibgħatu xi flus u xi ħwejjeġ użati, nirċievu santa b’xi ritratt ta’ ringrazzjament, u kuntenti li xogħolna għamilnieh.

Aktar tard permezz tar-relazzjonijiet ġodda mal-Libja bdejn niskopru l-Afrika ta’ Fuq. Bdejna ninqasmu fl-attitudni tagħna. Min fehem il-veru interessi ta’ Malta u beda ħbiberija ġdida mal-ġirien tagħna fuq in-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna u minn baqa’ jxammar imnieħru lejn min mhux Ewro pew jew Amerikan.

L-istorja bdiet tinbidel ri ċen tement meta bdejna naraw fuq xtutna persuni b’ġilda sewda ħafna li ġejjin mill-bogħod sew, minn paj jiżi li ħadd ma jaf eżatt fejn jiġu fuq il-mappa tal-kontinent Afrikan. Fittixna u għadna nfittxu soluzzjoni permanenti biex il-proble ma titlaq minn xtutna u ssir qisha li qatt ma ġrat.

Però fil-frattemp bħala membri tal-Unjoni Ewropea kemm għandu jimportana mill-Afrika, kontinent mill-aktar vast bi problemi li qishom m’għandhomx so luzz joni?

Nibdew l-ewwel mil-lat umanitarju. Hu fatt magħruf li fl-Afrika hemm pajjiżi fost l-ifqar fid-dinja. Il-faqar li tarah f’dawn il-pajjiżi jweġġ g ħek. Tweġġa’ meta tara popli li m’għandhomx aċ ċess għal ilma nadif x’ji xor bu. Aħna, li lil uliedna nagħm lu minn kollox għal ihom, inweġġgħu meta naraw daqstant tfal imutu bil-guħ jew b’xi marda qabel ma jagħl qu sena. Tweġġa’ meta tkun taf li dawn il-pajjiżi għand hom l-għola rata fid-dinja tal-imwiet fost in-nisa waqt li jkunu qegħdin iwelldu. Tweġ ġa’ meta tkun taf li medja ta’ snin ta’ skola għall-popolazzjoni kollha hi terz ta’ sena u d-dħul hu ta’ ewro kuljum.

Ir-raġuni umanitarja minn ha nnifisha għandha tnissel interess f’dawn in-nies. Hi kwistjoni wkoll ta’ kuxjenza. Trid tkun bla kuxjenza meta tara dan kollu u ddawwar wiċ ċek in-naħa l-oħra. Aħna l-Maltin u l-Għawdxin għandna kuxjenza. Prova ta’ dan hi l-għajnuna li dejjem ingħatat kull meta intalbet. Prova oħra hi minn ambjent ta’ knisja. Kemm sorijiet u patrijiet missjunarji, kif ukoll lajċi voluntiera, speċjalment żgħażagħ qalbiena tal-Mission Fund u oħrajn, jgħinu f’dan il-qasam. Min hawn inselmilhom, nirringrazzjhom u ngħidilhom li aħna kburin ħafna bihom

Imma tali interess m’għan dux ikun biss minn lenti uma nitarja. Hemm il-lenti politika. Hemm ir-raġuni politika. L-Unjoni Ewropea (UE) għand ha tgħin, u mhux ftit. Hu fl-interess tal-UE li, bħal ħaddieħ or, sew iċ-Ċina u l-Amerika, tipprova jkollha influwenza f’dan il-kontinent, mhux bħalma kien fil-passat bħala kolonjalisti sfruttaturi imma ‘partners’ fl-iżvilupp. Hu fl-interess tal-UE li fl-Afrika jkun hemm il-paċi u jitkattar u jit­qassam b’mod ekwu l-ġid.

Sfortunatament il-paċi fl-Afrika mhix daqstant faċli biex tinkiseb. Hu kontra l-interess tal-Ewropa u l-pajjiżi tal-Punent li fl-Afrika m’hem mx il-paċi u l-ordni meħtieġa li twassal lil kull pajjiż li jiffor maha biex jiffjorixxi, ikabbar l-ekonomija, jifrex l-edukazzjoni, ikollu sistema ta’ kura u ta’ saħħa. Fl-Afrika għad hemm il-gwerer li jwasslu għal xi intervent, b’mod jew ieħor, ta’ pajjiżi ak bar u li jwasslu biex jinħolqu problemi globali. Gwerer li r-riżultat tagħhom jafu kul ħadd.

Hu fl-interess tal-UE li tgħin lill-pajjiżi fl-Afrika jqumu fuq saqajhom kemm jista’ jkun. Hu fl-interess tal-UE li f’dan il-kontinent ikun hemm l-istituzzjonijiet demokratici. Hu­ma dawn l-istituzzjonijiet li jwasslu biex tkun ikkontrollata kemm jista’ jkun il-kor ruzz­joni li fl-Afrika hi rampan ti, biex il-poplu jgħix tran kwill u f’livell li jixraqlu.

In-nuqqas ta’ dawn l-istituzzjonijiet u r-riżultat tagħ hom jwasslu għal-livell ta’ għixien tal-biki, iwasslu għal disperazzjoni fost in-nies, li għalhekk tagħmel minn kollox, anke tissogra ħajjitha, biex ifittxu futur aħjar f’pajjiżi fejn hemm il-paċi. Għalhekk hu fl-interess ta’ pajjiżna li, esperjenzajna u qegħdin nesperjenzaw riżultat ta’ tali disperazzjoni u emig razzjoni illegali, li jkun hemm il-paċi, id-demokrazija fil-paj jiżi tal-kontinent Afrikan.

Imma d-demokrazija ma tiġix waħedha. It-terren politiku fl-Afrika hu wieħed imqal leb ħafna. Terren li joffri ostakli kbar lejn it-tħaddim tad-demokrazija. Il-popli ta’ dawn il-pajjiżi jaspiraw għal żmini jiet fejn ikun hemm demokrazija vera u jistennew l-għajnu na barranija, bħalma hi għajnuna mill-UE u mill-Amerika u issa ċ-Ċina. Jixtiequ li jkollhom dritt għal għażla vera t a’ min imexxihom.

Tagħmel sewwa l-UE li tirri konoxxi dan il-bżonn u tagħ mel aktar sewwa meta tikkontribwixxi għalih. Qed tagħmel sew li tgħin lill-korpi taż-żam ma tal-ordni kif l-ordni għand ha tinżamm b’sistemi demok ratiċi. Fil-Kongo eżem pju għan d ha żewġ programmi kbar fuq dan. Fis-Sudan f’April li għadda nefqet xi €500 miljun biex il-pajjiż ikollu għall-ewwel darba elezzjonijiet ħiel sa bis-sistema ta’ ħafna partiti jikkontestaw. Ġara l-istess fit-Tanżanija u pajjiżi oħrajn dawn l-aħħar tmien snin. Biex isir dan l-Unjoni Ewropea għandha Baġit għal tal-apposta.

Min-naħa l-oħra mhux faċli daqskemm wieħed forsi jaħ seb li tipprova tbiddel minn kultura għall-oħra. Apparti l-interessi li jkun hemm f’min ikollu l-poter f’idejh. Stejjer ta’ popli bil-ġuħ u stagħnar bil-goff ta’ min imexxihom smajna mhux ftit. U waqt li jkun qiegħed isir dan kollu jkunu għaddejjin atroċitajiet li jwaħħxu. Però anke hawn trid tonfoq ukoll. Kull kmandant ta’ xi armata illegali li kkommetta u ordna li jikkommettu atroċitajiet u li issa qiegħed jitressaq fil-Qorti ta’ The Hague jiswa’ lin-Nazzjoni Uniti elf miljun dollaru. Kull persuna. Għalhekk twaq qaf Qorti ieħor għall-atroċitajiet li saru fir-Rwanda u l-Kongo f’Qorti ieħor fl-Afrika stess.

Kull għajnuna mill-Unjoni li tkun qed tingħata lill-gvern Afrikan, (lit-Tanzanija eżem pju nagħtuha €750 miljun fis-sena) tkun tista’ tin żamm, titwaqqaf, jekk ma jkunx hemm gvern li ma jkunx qed jirreċiproka b’dak mitlub min nu fl-interess tal-popli mgħejjuna. B’dan il-mod tkun tista’ tqarreb ftit ftit lil dawn il-paj jiżi lejn il-prinċipji tad-demokrazija. Ħafna gvernijiet dit tatorjali xi ftit jew wisq ikollhom jikkonformaw għax il-flus għandhom bżonn hom.

Fil-PE mhux darba u tnejn jittellgħu rapporti dwar pajjiżi fejn it-tħaddim tad-demokrazija jkun dubjuż u allura jibdew jissemmew każi li juru li mhux kollox ikun miexi kif għandu jkun. Dan ħafna drabi jkollu l-effett meħtieġ.

Imma lanqas ma tista’ twaddab lil kull pajjiż f’keffa waħda, anke jekk bejn iethom xi ħaġa komuni jkun hemm. Mhux dejjem ikun hemm il-ħtieġa li pajjiż jiġi imbarazzat fil-PE bil-kon segwenza li tkun qiegħed tiggrava s-sitwazzjoni

Insemmi eżempju tipiku. It-Tuneżija. Mhux pajjiż li tista’ tikklassifikah bħala xi paj jiż fin-naħa t’isfel minnu, fejn tidħol demokrazija, imma xor ta jkun hemm okkażjonijiet, fejn ikun mis tenni aħjar minnu, bħalma, fuq kollox wieħed ukoll jistenna minn pajjiżu. Fil-PE kien hemm okkażjoni fejn għidt li flok noqogħdu nsemmuhom u nimbarazzawhom fil-PE jkun aħjar li nitrattaw magħhom b’mod ieħor, aktar u aktar meta hu fatt li t-Tuneżija għandha re lazzjonijiet speċjali mal-UE.

It-Tuneżija aċċettat li delegazzjoni mill-Parlament Ewro pew tmur it-Tuneżija fl-aħħar ta’ Jannar li ġej biex jitkellmu dwar xi tibdil fil-liġijiet li beħ siebhom idaħħlu f’pajjiżhom li jiggwardjaw il-libertà tal-istampa. Hu ovvju li f’każ bħal dan tista’ tasal ferm aktar bid-djalogu milli tuża l-għasluġ.

Il-Kontinent Afrikan joff ri sfida lill-interess li għandu jkollha fih l-UE, li wara kollox ma rridux ninsew li fiha hemm pajjiżi li għamlu snin twal kolonjaturi fl-Afrika. Kolonjaliżmu li kellu fażijiet koroh ħafna. Kienet x’kienet ir-raġuni, hu fl-interess tagħna li għandu jimportana ħafna minn x’qed jiġri fil-Kontinent tal-Afrika llum.

Il-PE u l-Baġit 2011

NHAR l-Erbgħa li ġej il-Parlament Ewro pew (PE) se jkun qie għ ed jivvota fuq dwar għandux jaċċetta li għall-Baġit tas-sena 2011 ikollu żjieda ta’ 2.9% fuq il-Baġit li kellu għal din is-sena. Il-Mexxejja tal-Gruppi Politiċi fil-PE diġà qablu ma’ dan.

Oriġinarjament il-PE kien qed jitlob żjieda ta’ 5.9%, talba li kienet irtirata f’No vembru li għadda wara li kien hemm qbil dwar is-sehem tal-PE fil-futur fejn jikkonċerna infiq mill-Unjoni Ewropea (UE).

Dak li qablu dwaru l-Mexxejja tal-Gruppi politiċi jkun diskuss għada fil-Parlament Ewropew, li se jkun qed jiltaqa’ fi Strasbourg għall-aħħar sessjoni plenarja tiegħu għal din is-sena.

Iż-żieda ta’ 2.9% tieħu in konsiderazzjoni l-prijoritajiet tal-PE għas-sena 2011 fuq programmi għaż-żgħa żagħ fl-oqsma ta’ taħriġ, edu kazzjoni, riċerka u innovazzjoni kif ukoll għal tagħlim fit-tul. Jidher li l-Kummissjoni Ewropea kkom mettiet ruħha wkoll li jekk ikun hemm il-bżonn ta’ fondi addizzjonali għal dawn l-għanijiet lesta li tipprovdihom. Il-vot ta’ nhar l-Erbgħa ma jinkwadrax fih aspetti finanzjarji oħrajn li l-PE u l-Kunsill għadhom qegħdin jinnegozjaw dwar hom. Hemm nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ naħat fuq regolamentazzjoni ġdida dwar riallokazzjoni ta’ fondi fil-Baġit, kif ukoll fuq proposta biex fondi li ma jintużawx imorru għat-twaq qif ta’ ITER (International Experimental Fusion Reactors). Il-Kumitat tal-PE dwar il-Baġit se jkompli jiddiskuti dawn iż-żewġ suġ ġetti llum.

www.l-orizzont.com – It-Tnejn, 13 ta’ Dicembru, 2010


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *