F’temp ta’ ġimgħa ħarġu tliet rapporti importanti fuq pajjiżna. Tnejn minnhom joħorġu kull sena, wieħed mill-Kummissjoni Ewropea msejjaħ ‘Country Report’ jiġifieri rapport fuq il-pajjiż, u li jagħti l-andament kollu, jiġifieri dak ekonomiku, soċjali, edukattiv u kif ukoll fuq l-investiment u l-enerġija ta’ pajjiżna u l-ieħor hu tal-Fond Monetraju Internazzjonali (l-IMF) li kull sena jibgħat missjoni kbira lejn pajjiżna skont l-Article 4 biex jevalwa kull aspett ta’ pajjiżna b’mod xjentifiku. Mir-rapport tal-Kummissjoni mbagħad jinħarġu rakkomandazzjonijiet. Kien hemm żminijiet fejn anke nħarġu ħames rakkomandazzjonijiet kbar u ta’ importanza fuq il-pajjiż. Dawn il-Kummissjoni issejjħilhom Country Specific Recommendations.
It-tielet rapport li nħareġ dwar pajjiżna ma jsirx kull sena. Filfatt l-aħħar wieħed kien ħareġ fl-2003 jiġifieri 16 il-sena ilhu. Dan ir-rapport li jsir mill-IMF jevalwa l-istabilita’ finanzjarja ta’ pajjiżna. Il-membri tal-missjoni tal-IMF daħlu f’kull qasam ta’ self u kreditu u tista’ tgħid f’kull aspett finanzjarju tal-pajjiż u tal-istituzzjonijiet finanzjarji f’pajjiżna li jikkumerċjaw il-flus. Dan ir-rapport nirreferu għalih bħala l-FSAP, il-‘Financial Sector Assesment Programme’.
Smajna ħafna fuq dawn ir-rapporti fl-aħħar jiem, b’kulħadd jgħid li jrid u jaqbillu. Jibqa’ l-fatt li d-diretturi eżekuttivi tal-Fond Monetarju Internazzjonali fl-ewwel sentenza tar-rapport jagħtu prosit lill-awtoritajiet għal politika b’saħħitha u li tagħmel sens ‘sound policies’. Jgħidu li dan qed iwassal għall-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Dawn għalhekk qed jirrikonoxxu li t-tkabbir ma jiġix mix-xejn, iżda minn politika b’saħħitha li l-Gvern qed imexxi sabiex jiġi kkreat ix-xogħol u titjieb is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjiżna. Il-Fond Monetarju Internazzjonali jgħid ukoll li pajjiżna fadallu diversi sfidi x’jaffaċċja, xi ħaġa li anke aħna nammettuha u għidniha f’diversi baġits. Għalhekk wieħed għandu jirrifletti wkoll bir-reqqa kull paġna tar-rapport. Madankollu għandna nkunu sodisfatti bil-konklużjonijiet tiegħu, li jgħidu li l-analisti tal-IMF huma moħħhom mistrieħ li pajjiżna miexi fit-triq it-tajba.
Niġu għar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-ewwel sentenza tiegħu jgħid li l-ekonomija Maltija se tkompli tikber b’mod b’saħħtu, iżda hemm diversi sfidi x’wieħed jaffaċċja. Huma qed jibbażaw it-tkabbir ekonomiku fuq il-fatt tax-xogħol li hawn fil-pajjiż u anke s-surplus. Jinnutaw li l-Gvern irnexxielu jdawwar l-ekonomija f’dik li hi esportazzjoni lejn is-servizzi li qegħdin jikbru b’rata mgħaġġla u għalhekk qed ilaħħqu, jgħaddu u anke jissuperaw kemm nixtru f’dik li hi importazzjoni.
Ir-rapporti jitkellmu wkoll fuq il-banek. Jgħidu b’mod ċar u bla tlaqliq u hawn nikkwota dirett ‘the banking sector remains sound’. Il-Fond Monetarju Internazzjonali juża l-kelma ‘healthy’ jiġifieri għandu sistema b’saħħitha. Dan ifisser ukoll li l-banek għandhom likwidita’ ampja u r-riskji ta’ kreditu kull ma jmur dejjem jonqsu. Fl-opinjoni tiegħi dan hu riklam sabiħ li wieħed jieħu gost jara għas-sistema finanzjarja u speċjalment għall-banek Maltin, li kapaċi jilħqu dak il-livell.
L-analisti daħlu wkoll iżjed fil-fond u b’mod tekniku għaddew lil dawn il-bankijiet minn testijiet li ngħidulhom ‘stress tests’. F’dawn it-testijiet wieħed ikun qed jipprova s-sistemi ta’ dawn il-banek taħt l-agħar maltempata finanzjarja u ekonomika li qatt jista’ jaffċċja l-pajjiż. Huma sabu li l-banek ta’ pajjiżna huwa reżiljenti anke fl-agħar xenarju li huma ħadmu biex jaraw is-saħħa tal-banek tagħna.
It-tielet rapport dak li ilu ma jsir sa minn qabel id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, jiffoka fuq l-istabbilita’ finanzjarja tal-pajjiż. Dan l-istess jitkellem dwar il-fatt li s-sistema tal-pajjiż ‘is in good health’ u jagħtu l-istess raġunijiet tal-kapital, likwidita’ u profitibilita’ u anke jekk l-istituzzjonijiet humiex reżiljenti. Jiġifieri s-saħħa ta’ dawn is-sistemi anke f’każ li jista’ jinqala l-inkwiet biex ngħidu hekk il-maltemp finanzjarju jista’ jiġri f’kull pajjiż.
Huma wkoll jagħtu r-rakkomandazzjonijiet u jgħidu li fadal il-‘gaps’. Huma jirreferu b’mod ċar għal liem ‘gaps’ qed jgħidu, u filfatt jagħtu r-rakomandazzjonijiet. Uħud minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma dwar l-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA. Inġib daqsxejn eżempji, jgħidu li l-MFSA trid iżid iż-żjarat ta’ sorveljanza tagħha u anke r-riżors uman biex tlaħħaq mal-irwol tagħha li tkun istituzzjoni ta’ sorveljanza. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet il-Gvern qed jilqagħhom b’idejh miftuħa għaliex huma għal ġid tal-pajjiż.
Huma jirrikonoxxu li l-Gvern qed jagħmel l-affarijiet bis-serjetaˋ u li dejjem kellu dawn l-oġġettivi li jaħdem biex itejjeb l-affarijiet. Dawn ir-rapporti qed jgħidulna fid-dettall li jirrikonoxxu dawn l-affarijiet li l-pajjiż qed jagħmel b’mod xjentifiku. Huma jserrħu moħħ l-investituri li jserraħ moħħna ukoll li dak li qed jgħid il-Gvern mhux qed jgħidu bi ftaħir fil-vojt imma għandu bażi fuq xiex qed jibni dawn l-indikaturi.
Dawn it-tliet rapporti jagħtu pjaċir lilna li qed naħdmu f’dan is-settur li naraw il-frott tal-ħidma tagħna, u anke li xogħlna qed jiġi apprezzat minn dawn l-istituzzjonijiet. Jien naħseb li bħala Maltin u Għawdxin huwa ta’ pjaċir li naraw li dawn ir-rapporti jitkellmu fuq pajjiżna għax qed ituna indikazzjoni li l-pajjiż miexi fit-triq it-tajba. Qed juruna li għal ġenerazzjonijiet futuri se jkollna pajjiż li laħaq u kiber bħal pajjiżi avvanzati li aħna dejjem xtaqna li nilħqu l-livell tagħhom.
Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu 2019
35 responses to “Rapporti li Juru li Għandna Sistema Finanzjarja u Bankarja Reżiljenti”
Your article helped me a lot, is there any more related content? Thanks!
Thanks for sharing. I read many of your blog posts, cool, your blog is very good. https://accounts.binance.com/ES_la/register?ref=T7KCZASX
alo 789: alo789in – dang nh?p alo789
Mexican Pharm International: Mexican Pharm International – mexican pharmacy online order
https://indiamedfast.shop/# india pharmacy without prescription
https://indiamedfast.com/# online medicine shopping in india
canadapharmacyonline
https://indiamedfast.shop/# India Med Fast
canadian pharmacy 365: Pharmacies in Canada that ship to the US – canadian pharmacy price checker
https://interpharmonline.shop/# canadian pharmacy drugs online
the canadian drugstore
mexican drug stores online: mexican drug stores online – buying from online mexican pharmacy
best canadian online pharmacy: fda approved canadian online pharmacies – precription drugs from canada
http://indiamedfast.com/# online pharmacy india
77 canadian pharmacy
https://indiamedfast.com/# india pharmacy without prescription
online medicine shopping in india: india online pharmacy store – online medicine shopping in india
https://mexicanpharminter.shop/# reliable mexican pharmacies
precription drugs from canada: most trusted canadian pharmacies online – canadian pharmacy online reviews
reputable canadian pharmacy: most trusted canadian pharmacies online – canadian pharmacy no scripts
best mail order pharmacy canada: Pharmacies in Canada that ship to the US – canadian discount pharmacy
order medicines online india: india online pharmacy store – online medicine shopping in india
http://indiamedfast.com/# online medicine shopping in india
https://kamagrakopen.pro/# Officiele Kamagra van Nederland
TadalafilEasyBuy.com: cialis without a doctor prescription – TadalafilEasyBuy.com
kamagra pillen kopen: Kamagra – kamagra gel kopen
https://kamagrakopen.pro/# kamagra gel kopen
TadalafilEasyBuy.com: Tadalafil price – Tadalafil Easy Buy
Generic Cialis without a doctor prescription: Tadalafil Easy Buy – Tadalafil Easy Buy
https://kamagrakopen.pro/# Kamagra Kopen Online
Kamagra Kopen Online: Kamagra Kopen – Kamagra Kopen Online
cialis without a doctor prescription: TadalafilEasyBuy.com – cialis without a doctor prescription
Tadalafil Easy Buy: TadalafilEasyBuy.com – buy cialis pill
Kamagra Kopen Online: Officiele Kamagra van Nederland – kamagra jelly kopen
http://tadalafileasybuy.com/# TadalafilEasyBuy.com
Tadalafil Easy Buy: Tadalafil Easy Buy – TadalafilEasyBuy.com
kamagra kopen nederland: kamagra jelly kopen – KamagraKopen.pro
https://kamagrakopen.pro/# Kamagra Kopen