It-Tifsira tal-Olokawst għal-Lum


Din il-ġimgħa d-dinja fakkret avveniment ikrah li nfakkruh ta’ kull sena, l-Olokawst. Għaliex huwa importanti li d-dinja tiqba’ tiftakar fih. F’dan l-akbar ġenoċidju tas-seklu għoxrin inqatlu mas-sitt miljun Lhudi. Din il-ġrajja seħħet 74 sena ilu. Huma nqatlu bl-aktar mod krudili, dan hekk kif ġew ittorturati, isofru l-ġuħ u maqtula.

Mhux l-iskop tiegħi li nidħol fid-dettall ta’ din l-istorja, pero’ minnha wieħed jista’ jirrifletti fuq l-attroċitajiet li bniedem jista’ jippermetti. F’liema livell baxx il-bniedem niżel biex jippermettihom. Tajjeb li niftakru wkoll li dan massakru brutali seħħ propju fl-Ewropa li ngħixu fiha aħna, u mhux x’imkien ’il bogħod, ngħidu aħna fl-Afrika.

 

Qed ngħid hekk bl-ebda disrispett jew għax l-Afrika xi pajjiż speċjali, iżda għax tinsab ’il bogħod u xi kultant inħossuna maqtugħin minnu. Dan filwaqt li niftaħru tant li dawn l-affarijiet ma jsirux qrib tagħna. Jekk inħarsu lejn l-istorja dawn filfatt ġraw u fl-Ewropa.  L-istess affarijiet jiġru ta’ spiss fl-Afrika u f’kontinenti oħra madankollu ma nagħtux kashom. Dan minkejja li xi kultant ikun  hemm dawk aktar popolari li nisimgħu bihom iżjed fl-aħbarijiet, bħal per eżempju l-ġenoċidju tar-‘Red Indians fl-Amerka ta’ Fuq u razzez oħra indiġeni fl-Amerika ta’ Isfel, u l-Aboriġini fl-Awstralja. Kien hemm ġenoċidji oħrajn aktar riċenti li ġraw fid-disgħinijiet bħal dak ta’ Rwanda, aktar tard tar-Rohingya ġol Myanmar li fil-passat konna ngħidulha ‘Burma’.

 

Irridu niftakru wkoll li dawn il-ġrajjiet koroh jistgħu jerġgħu jiġru fiż-żminijiet futuri, anke jekk ngħidu li dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u allura ma humiex ser ikunu tollerati llum.

 

L-istudjużi jgħidu li ġrajjiet bħal dawn ma jsirux mil-lum għal għada, iżda jinbnew u jinħmew bil-mod il-mod, u jinbtu meta wieħed jibda joħloq differenzi bejn il-pajjiżi, in-nies, il-familji. Tasal f’estrem li l-umanita’ tant twaqqaha l-isfel li n-nies ma jibdewx jaraw in-nies l-istess, tant li jibdew jittorturaw u joqtlu lil xulxin. Il-proċess ta’ dan kollhu hu wieħed sempliċi meta tidħol fih sew! Kollox jibda meta wieħed jibda jippreġudika fuq l-ieħor b’tali mod li jmexxi x-xniegħat bil-għan li jikbru, jittimbrah, u sussegwentament jinbet il-preġudizzju u n-nies l-anqas jibqgħu jaraw il-bnedmin bħala bnedmin.

 

Parti minn dan il-proċess hu li int tifred in-nies u l-popli, bħal per eżempju tibni ħajt bejnek u bejn l-immigranti jew popli differenti ta’ nies. Xi ħaġa li qed jipproponu u jippersisti fuqha l-President Amerikan Donald Trump illum il-ġurnata, u li magħha jaqblu xi gvernijiet Ewropej.

 

Fuq din il-kwistjoni tal-ħajt hemm żewġ opinjonijiet, għax hemm dawk li ma jemmnux li jinbena ħajt bejn ħadd sabiex tissolva l-problema tal-immigrazzjoni. Permezz tal-bini ta’ dan il-ħajt, wieħed ikun qed iwaqqa’ l-umanita’. Dan għaliex tkun qisek qed tagħlaq bniedem f’gaġġa li ġeneralment nżommu l-annimali fiha.

 

Fi ġrajjiet bħal dik tal-Olokawst l-aktar ħaġa xokkanti li nara hija s-silenzju ta’ min ra dan il-ġenoċidju jseħħ quddiemu u qagħad sieket. Dawk li ħallew dawn l-attroċitajiet jiġru quddiemhom mingħajr ma għamlu xejn.

 

Illum il-ġurnata għandna noqogħdu aktar attenti għas-silenzju, kif semmejt aktar qabel il-ħajt ta’ bejn l-Amerka u l-Messiku, u li l-poplu qed joqgħod sieket quddiem din l-idea.

 

Il-firda bejn il-popli awtomatikament ser iġġib il-mibegħda. Hija l-mibegħda li wasslet għal dawn l-atti kriminali kbar li wieħed lanqas jemmen li ġraw f’pajjiżu, meta llum il-ġurnata joqgħod jirrifletti fuqhom.

 

L-istorja qiegħda hemm biex tgħallimna, u għalhekk suppost li tgħallimna r-riperkussjonijiet li jġibu magħhom il-firda u l-mibegħda. llum il-ġurnata għandna naraw li l-mibegħda bejn il-persuni u l-popli ma tkomplix tikber u tinxtered.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Frar 2019


16 responses to “It-Tifsira tal-Olokawst għal-Lum”

  1. гороскоп любовный весы сонник миллера писать
    в унитаз 14 энергия в матрице судьбы деньги, вход в денежный канал 14
    к чему снится мерять новую обувь во сне эзотерик таро расклады

  2. если снится что поломала ногу значение карт таро при гадании перевернутое магия приключений онлайн бесплатно
    взбираться на гору во сне исламский сонник заговоры от воров читать степановой

  3. техникалық-технологиялық карта, технологиялық карта балабақша жануар мүшелері, 2.
    суретте көрсетілген жануарлардың қозғалу ерекшеліктерін сипаттаңдар.
    бюджет жүйесі, бюджет кірістері элементы социального института,
    социальные институты примеры

  4. заңды некеге тұру шарттары,
    мешітте неке қию шарттары цены на продукты алматы, цены на продукты
    в казахстане 2023 картада жасыл түспен белгіленеді,
    физикалық картада жасыл түс нені көрсетеді көк атқа есімдер, батырлардын жылкы аттары

  5. гүл туралы өлеңдер, ағаш гүл өсімдіктер туралы өлеңдер беспилотные
    летательные аппараты : основы устройства и функционирования, требования
    к оператору бпла қоршаған ортаның физикалық
    және химиялық ластануы 14
    кесте, физикалық ластану адам өміріне әсері почему доллар падает, стоит ли
    покупать доллары и евро сейчас 1 час назад

  6. Do you mind if I quote a few of your posts as long as I provide credit
    and sources back to your weblog? My website is in the exact same niche
    as yours and my visitors would genuinely benefit from some of the information you provide here.
    Please let me know if this alright with you.
    Appreciate it!

  7. бкм алан, мародер машина цена жиекдуадақтың ерекшелігі, безгелдек тазалық денсаулық кепілі сабақ жоспары,
    тазалық денсаулық кепілі қмж ктж қандай
    әдістермен қосуға болмайды, жүк тасымалдау технологиясы

  8. жазғы демалыс кезіндегі қауіпсіздік ережелері, қысқы демалыс кезіндегі қауіпсіздік ережелері ремонт пластиковых
    окон в алматы, цены на ремонт пластиковых окон кар кызы
    китап, кар кызы кейіпкерлері қандай фигуралар көріп тұрғаныңды жаз, үшбұрыш қандай екі дөңгелектің арасына жасырылған

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *