Baġit Surreali u Rigressiv


Nhar l-Erbgha nghataw l-ewwel reazzjonijiet ghad-diskors tal-Bagit. Naturalment id-diskors tal-Bagit u d-dokumenti li tqassmu mieghu, l-Economic Survey u l-Estim Generali tal-Gvern, huma voluminuzi u jridu l-hin biex jigu analizzati sew. Issa li ghaddew ftit granet minn fuq id-diskors tal-Bagit, kien hemm ic-cans biex issir analizi aktar profonda u dettaljata.

Dwar il-Bagit 2013, hadna l-kummenti ta’ zewg ekonomisti li ghamlu l-analizi taghhom: ALFRED MIFSUD u l-Professur EDWARD SCICLUNA.

 

“Il-Bagit ta’ qabel l-elezzjoni dejjem trid tiehdu b’doza ta’ kawtela aktar mis-soltu” – Alfred Mifsud

“L-ahhar Bagit ta’ qabel l-elezzjoni dejjem trid tiehdu b’doza ta’ kawtela aktar mis-soltu ghax il-Gvern ikun qed juza l-bagit bhala ghodda ta’ politika partiggjana aktar milli bhala ghodda biex ikompli jissoda l-ekonomija.

Jekk taqra d-diskors tal-Bagit ta’ qabel l-elezzjoni tas-sena 2008, issib kollox ikkulurit u jfuh u kien jipprogetta deficit ta’ €68 miljuni. Meta wara l-elezzjoni gbidna bilanc u tressaq il-Bagit tas-sena 2009, il-kuluri sparixxew u d-deficit tela’ ghal €200 miljun.

Nahseb li l-istess esperjenza ser nergghu nghaddu minnha din id-darba. Filwaqt li sa Settembru 2012 il-finanzi tal-Gvern ghall-ewwel disa’ xhur tas-sena kienu €93 miljun aghar mill-istess perijodu tas-sena 2011, f’tebqa t’ghajn u bla spjegazzjoni ta’ xejn, il-Ministru bassar li sa l-ahhar tas-sena id-deficit ser ikun €39 miljun ahjar minn tas-sena l-ohra.

Jigifieri li fl-ahhar kwart tas-sena li qed nghixu bhalissa l-Gvern ser jirkupra bilanc pozittiv ta’ €132 miljun aktar mill-ahhar kwart tas-sena l-ohra. Mirakli jigru, izda dejjem qabel l-elezzjoni!

Jekk thares lejn ic-cifri progettati ghas-sena 2013, xi hadd irid jispjega bis-serjetà kif id-dhul mit-taxxa tal-income hu kkalkulat li jizdied b’10% meta l-ekonomija hija progettata li tikber biss b’1.6% f’termini reali u b’4% f’termini nominali. Dan minkejja li l-Gvern naqqas bi 3% it-taxxa fuq il-qliegh ta’ min jaqla’ izjed minn €19,500 sa €60,000.

Is-serjetà titlob li flok il-Ministru jiddedika hafna diskors fuq affarijiet zghar ta’ rilvenza minima fid-diskors twil tal-Bagit, kien xieraq u mehtieg li l-Minsitru jispjega misteri bhal dawn.

Donnok tissuspetta li l-Ministru jaf li mhux se jkun hu nkarigat wara l-elezzjoni, u ghamel bagit ta’ dhul xejn realistiku, biex imbaghad ikollu x’jikkritika lil ta’ warajh meta dawn il-miri jirrizultaw foloz jew ottimisti zzejjed.

Izda l-aktar li jolqtok fil-Bagit hija l-orjentazzjoni rigressiva tieghu. Kull meta fil-Bagits tal-passat twessghu il-faxex tat-taxxa, dawn kienu ta’ vantagg ghal kull min jaqla’ ftit aktar mill-paga minima ‘l fuq. Kulhadd kien igawdi ghax meta l-borma terfaghha ‘l fuq mill-qiegh joghla kollox ‘l fuq anke l-ghatu.

Izda meta bhalma sar f’dan il-Bagit tgholli biss l-ghatu billi tagevola bit-tnaqqis mit-taxxi lil min jaqla’ aktar minn €19,500 sa €60,000 bla ma tgholli l-faxex ta’ min jaqla’ anqas, tkun qieghed tgholli biss l-ghatu u thalli l-borma fejn kienet. Anzi aghar ghax iz-zidiet tal-gholi tal-hajja jibdew jigu ntaxxati, meta dawn huma ntizi biss biex f’termini reali jpattu ghall-inflazzjoni u suppost ihalluk fejn kont.

Dan il-Bagit ghalhekk mhux biss huwa rigressiv, izda mbaghad imur fl-estrem l-iehor u jkompli jkattar il-kultura tad-dipendenza ta’ min jista’ jahdem, izda ma jaqbillux ghax inkella jitlef il-beneficcji socjali.

Kull meta ndahhlu mizuri socjali ghal min jaqla’ anqas mill-paga minima, inkunu qeghdin naghmluha aktar difficli biex il-persuna koncernata tghin ruhha u b’mod gradwali tibda tfendi ghal rasha u tikkontribwixxi u mhux terda’ minn fuq is-socjetà.
Hemm kazijiet fejn stat ta’ dipendenza permanenti huwa inevitabbli minhabba l-mard u cirkostanzi specjali.

Izda hemm hafna kazijiet li qeghdin jizdiedu fejn dan mhuwiex inevitabbli u hemm bzonn li kull kaz jigi studjat fuq bazi individwali biex ic-cittadini li jistghu jahdmu ma jibqghux f’sitwazzjoni li ma jaqblilhomx jahdmu ghax idahhlu izjed mill-beneficcji socjali milli mix-xoghol.”

 

“Hafna mit-tbatija li jhossu l-familji gejja min-nuqqas ta’ ghaqal fit-tmexxija” – Prof. Edward Scicluna

 

Bagit mhux normali, hemm min jghidlu surreali, bilfors iqajjem mistoqsijiet godda li normalment ma jitqajjmux f’bagits tas-soltu bhal dawk li Malta rat f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin.
L-ewwel mistoqsija hi ghaliex Kap tal-Oppozizzjoni li qed jitlob il-fiducja tal-poplu biex ibiddel id-direzzjoni permezz ta’ gvern gdid kellu jiggarantixxi bagit ta’ haddiehor, meta jidher li ghandu l-fakultà li jibdlu meta jkun fil-gvern.

Hemm tliet ragunijiet ghala sar dan. L-ewwel nett biex il-pajjiz ma jibqax imdendel f’ansjetà dwar x’ser jigri ghal hafna xhur ohra.
Il-pajjiz ilu mill-inqas sena f’dan l-istat infelici kkawzat minn problemi li gabet maghha t-tmexxija xejn ghaqlija ta’ gvern li sejjah lilu nnifsu GonziPN. Dr Muscat hareg ghonqu minn naha tal-Oppozizzjoni biex din l-instabbilità jnaqqasha.

It-tieni raguni hi li l-Bagit, bhal kull munita, ghandu zewg nahat. Naha wahda ghandek it-taxxi u n-naha l-ohra ghandhek in-nefqa.
Is-sens komun jghidlek li billi t-taxxi dahlu fis-sehh dakinhar li thabbar il-Bagit billi zdiedu l-prezzijiet fuq is-sisa tas-sigaretti, siment, petrol u diesel, ma tistax twarrab il-mizuri li thabbru fl-istess waqt u li jaffettwaw faxex tas-socjetà, Maltija inkluzi il-pensjonanti.
In-nofs negattiv tal-pakkett dahal fis-sehh minnufih. Ghaliex in-nofs pozittiv ghandu jibqa’ mdendel. Il-familji milquta gew moghtija s-serhan il-mohh dwar dan.

It-tielet raguni hi li kontra dak li jahsbu xi whud, bagit tista’ ddawru mill-lum ghal ghada, bhal ma nhobbu nghidu bil-Malti “iddur fuq sixpenz”. Ghal kuntrarju bagit iktar qisu tanker taz-zejt milli karozza zghira. Irid jiehu tul ta’ zmien sew biex iddawwru.

Il-qafas tal-bagit ikun miftiehem mal-Kummisjoni Ewropea u mhabbar lill-organizzazzjonijiet internazzjonali bhal ma huma l-Fond Monetarju Internaz-zjonali (IMF) u t-tliet Rating Agencies – Standard & Poors, Fitch u Moodys bi kwazi sena bil-quddiem.

Jigifieri gvern gdid li jitla’ fl-ewwel tlett xhur tas-sena ddiehla, irid ixammar biex jibni l-qafas ghas-sena ta’ wara, jigifieri ghall-2014 u mhux jintilef iraqqa’ u jbiddel dak li kien thabbar qabel.

It-tieni mistoqsija valida hi din: allura biex il-pajjiz jibda jgawdi mill-bidla fid-direzzjoni tal-gvern irid jistenna sena ohra? Ma kienux bizzejjed dawn il-25 sena ta’ tmexxija b’politika li rrizultat b’pizijiet kbar permezz tad-dejn?

Huwa minnu li bidla vera fid-direzzjoni tissarraf primarjament permezz tal-bagit. Imma veru wkoll li l-mizuri mhabbra fil-bagit f’dawn l-ahhar snin m’humiex kollox.
Il-familji Maltin kollha jghidulek li l-bagit ftit kienu ghadhom jaghtu kasu ghaliex hafna mill-gholi tal-prezzijiet li jxejnu l-ftit mizuri pozittivi tal-bagit kienu jigu bejn bagit u iehor.

Iz-zieda fil-hlasijiet ghas-servizzi ta’ agenziji governattivi inkluz il-MEPA, L-MFSA, l-qrati, u l-hafna multi esagerati dejjem thabbru bejn bagit u iehor.

Wiehed irid jifhem li hafna mit-tbatija li jhossu l-familji gejja minn nuqqas ta’ ghaqal fit-tmexxija u decizjonijiet hziena. Li l-Kabinett jaghti lilu nnifsu kumpens bil-mohbi ta’ 500 ewro fil-gimgha ma kienitx imnizzla fl-ebda bagit.

Li l-Prim Ministru jiddeciedi li jaghti rigal lilu innifsu – il-binja ta’ parlament gdid u li ser titfa’ piz finanzjarju fuq il-pajjiz, ma kienet fl-ebda bagit. Tiftakar li nholqot Special Purpose Vehicle apposta biex ma jkolliex bzonn tidher fil-bagit.

Li tmur ghad-decizjoni hazina li topera impjant tal-energija biz-zejt msejjah heavy fuel u li jniggez l-arja u jmarrad hafna nies, ma kienet imnizzla fl-ebda bagit.

Li tibni sptar li sew miljuni kbar biex wara ssib li nieqes minn numru ta’ sodod, kienet rizultat minn nuqqas ta’ ppjanar ghaqli u mhux minn xi bagit partikulari.

Nista’ nibqa’ sejjer hekk bil-lista twila ta’ decizjonijiet hziena, ta’ prijoritajiet hziena u frott ta’ direzzjoni hazina, li ma stennietx l-ebda bagit biex titwettaq. Ghalhekk Partit Laburista fil-gvern jista’ jbiddel id-direzzjoni tal-pajjiz, jimxi fuq prijoritajiet li jkunu mmirati lejn il-familja u mhux lejn xi klikka minghajr ma jistenna bagit iehor.

L-ahhar mistoqsija hi jekk il-mizuri mweghda f’dan il-bagit hux ser ihallu flus bizzejjed biex tinzamm il-weghda li nnqasu il-kontijiet tad-dawl. Din il-mistoqsija hi gejja minn min irid johloq konfuzjoni fl-imhuh milli min genwinament irid ikun jaf.

Fil-kaz tal-energija l-problema mhix bhal xi mizura li kellna fil-bagit li biex taqta’ r-rata ta’ taxxa ta’ xi kategorija partikulari, titfa’ l-piz taghha fuq il-poplu kollu billi toghllilu l-prezz tal-petrol u d-diesel u taxxi ohra.

Il-prezz gholi li qeghdin inhallsu hu frott ta’ nuqqas ta’ ppjanar u decizjonijiet hziena tal-passat kif ukoll mehuda f’dawn l-ahhar xhur.
Biex tikkoregihom b’mod sostenibbli irid ikollok pjan tal-produzzjoni u distribuzzjoni tal-energija, sew konvenzjonali u dik alternattiva. B’hekk biss issolvi l-problema.

Fil-frattemp wiehed irid isolvi l-problema finanzjarja serja li hemm fl-Enemalta li dan il-gvern ser ihalli bhala parti mit-testment mimli djun lill-familji Maltin u Ghawdxin.

 

 

 

X’jigri jekk ma jghaddix il-Bagit?

Hafna qeghdin jistaqsu x’jigri ezattament jekk il-Bagit ma jigix approvat. Jaqa’ l-Gvern? Tissejjah minnufih elezzjoni generali? Minghajr bagit, il-Gvern se jkollu minn fejn ihallas il-pagi, l-beneficcji socjali u l-pensjonijiet?

Il-Bagit minnu nnifsu huwa vot ta’ fiducja, imma li jista’ jghaddi wkoll bil-casting vote tal-Ispeaker.

Jekk ma jghaddix il-Bagit, il-Gvern jigi sfiducjat u jaqa’. Il-Prim Ministru Gonzi digà ddikjara li jekk ma jghaddix il-Bagit, jigi xolt il-Parlament u tisejjah l-elezzjoni minnufih. Il-Prim Ministru Gonzi fil-fatt ma jkollu ebda ghazla f’sitwazzjoni bhal din hlief li jirrakkomanda x-xoljiment tal-Parlament.

Il-Prim Ministru m’ghandux ghazla u qieghed jiddikjara l-ovvju meta jghid li jekk ma jghaddix il-Bagit, ikollu jsejjah l-elezzjoni, imma qieghed jaghmel dan biex jitfa’ aktar pressjoni fuq Franco Debono illi jekk jivvota fuq il-Bagit, il-vot tieghu awtomatikament iwasal ghall-waqgha tal-Gvern.

Xi rwol ghandu l-President tar-Repubblika f’sitwazzjoni bhal din?
Id-decizjoni dwar ix-xoljiment tal-Parlament qabel iz-zmien teknikament jehodha l-President tar-Repubblika fuq parir tal-Prim Ministru. Il-President f’Malta jimxi tista’ tghid dejjem fuq il-parir ta’ min ikun Prim Ministru. Imma din hija wahda mill-ftit sitwazzjonijiet fejn il-President jista’ jagixxi minn jeddu u b’mod differenti mill-parir tal-Prim Ministru.

F’sitwazzjoni fejn jista’ jkollok il-Gvern u l-Prim Ministru attwali li gie sfiducjat mill-Parlament fil-vot dwar il-Bagit, il-President jista’ jesplora jekk huwiex il-kaz jekk fil-Parlament jezistix xi deputat iehor li jgawdi l-appogg tal-maggoranza tad-deputati parlamentari. Imma peress li fi kwalunkwe kaz din il-legizlatura waslet fit-tmiem taghha, huwa improbabbli ferm li l-President jaghti l-inkarigu lil xi deputat iehor biex jifforma gvern.

Meta jiskadu ezattament il-hames snin ta’ din il-legizlatura?
Il-Parlament jigi fit-tmiem naturali tieghu mal-gheluq tal-hames snin mill-ftuh, l-ewwel seduta tal-legizlatura. L-ahhar elezzjoni generali saret fit-8 ta’ Marzu 2008. Il-Parlament jitlaqqa’ ghall-ewwel seduta tieghu mhux aktar tard minn xahrejn mill-pubblikazzjoni tar-rizultat ufficjali tal-elezzjoni generali.

L-ewwel seduta tal-Parlament f’din il-legizlatura saret fl-10 ta’ Mejju 2008. Igifieri l-aktar li jista’ jtawwal dan il-Parlament huwa sad-9 ta’ Mejju li gej. L-elezzjoni generali imbaghad trid issir mhux aktar tard minn tliet xhur mix-xoljiment tal-Parlament. Dan ifisser li l-Gvern, ghas-sahha tal-argument, jista’ jwassal sal-ewwel gimgha ta’ Awwissu tal-2013.
Meta jigi xolt il-Parlament, irid jghaddi terminu minimu ta’ 33 gurnata sa massimu ta’ tlett xhur biex issir l-elezzjoni generali.

X’jigri jekk m’jghaddix il-Bagit mill-mizuri mhabbra fil-Bagit?
Il-mizuri fiskali, zieda fit-taxxi, sisa ecc jiskattaw b’effett immedjat, mill-ghada tal-Bagit. Imma l-beneficcji mhabbra fil-Bagit, jekk il-Bagit ma jkunx approvat mill-Parlament, irid ikun il-Gvern elett fl-elezzjoni generali li jmiss li jimplimenta dawn il-mizuri billi jipprezenta l-Bagit tieghu u jikseb l-approvazzjoni tal-Bagit mill-Parlament il-gdid.
Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat huwa impenjat li l-beneficcji mhabbra fl-ahhar diskors tal-Bagit ta’ GonziPN, jimplimentahom Gvern Laburista gdid. Ghalhekk il-Partit Laburista qieghed isostni li GonziPN iwieghed, u Gvern Laburista gdid iwettaq.

Jekk ma jigix approvat il-Bagit, minn fejn se jithallsu s-salarji tal-impjegati tal-Gvern, il-beneficcji socjali, il-pensjonijiet ecc sakemm jigi elett parlament gdid u jigi ffurmat gvern gdid?
Kemm il-Kostituzzjoni u anki u l-Ligi dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika jippdovdu ghal sitwazzjoni bhal din. Il-ligi tghid li jekk l-Att ta’ Approprjazzjoni (il-Bagit) ma jkunx gie fis-sehh fil-bidu ta’ xi sena finanzjarja, il-Ministru tal-Finanzi jista’ jawtorizza l-hrug ta’ flejjes mill-Fond Konsolidat sabiex tigi milqugha dik in-nefqa li jidhirlu mehtiega sabiex jitmexxa l-Gvern ta’ Malta.

Izda flejjes hekk awtorizzati biex jinhargu ghal xi servizz li jrid ikun ta’ xorta rikorrenti, ma ghandhomx jeccedu parti wahda minn tlieta tal-ammont ivvotat ghal dak is-servizz fil-ligi ta’ Approprjazzjoni ghas-sena finanzjarja ta’ qabel.

Imma s-setghat moghtija lill-Ministru b’dan l-artikolu ma jestendux ruhhom ghall-perijodu aktar mill-ewwel erba’ xhur ta’ xi sena finanzjarja jew aktar mill-gurnata li fiha l-Att ta’ Approprjazzjoni ghal dik is-sena jibda jsehh, liema jkun l-ewwel.

 

 
– Kullhadd, Krista Caruana : Saturday, 01 December, 2012

11 responses to “Baġit Surreali u Rigressiv”

  1. Greetings from Ohio! I’m bored at work so I decided to check out your blog on my iphone during lunch break.

    I enjoy the information you present here and can’t wait to take a look when I get home.
    I’m surprised at how quick your blog loaded on my mobile ..
    I’m not even using WIFI, just 3G .. Anyways, excellent site!

  2. секс ногинск только фото порно с молодой кончил в рот мужчина ищет семейную
    пару для секса в новосибирске порно лесби жрут говно

  3. приворот вогонь любовний ворожіння на таро так
    ні інструкція
    порвати колготки уві сні до чого сниться жінці онлайн ворожіння безкоштовно хто народиться

  4. This design is incredible! You obviously know how to
    keep a reader entertained. Between your wit and your videos, I was almost moved to start my own blog (well, almost…HaHa!) Fantastic job.

    I really enjoyed what you had to say, and more than that, how you presented it.
    Too cool!

  5. ұрыс хан билік құрған жылдар, ұрыс ханның билік құрған жылы прогноз керимова,
    прогнозы от комментаторов армандар орындалатын дуга текст, жол ашатын дұға текст сарыарқа мұрат мөңкеұлы оқу,
    adebiet мұрат мөңкеұлы сарыарқа

  6. бұталардың алып жатқан көлемі, қазақстандағы орман түрлері алматы медицина институты қашан ашылды,
    асфендияров университеті туралы мәлімет тіршілік қалай пайда болды, жердегі тіршіліктің пайда болуы кезеңдері как уехать работать в италию из казахстана,
    виза в италию для граждан россии

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *