Maltese Articles

English Articles

Press Releases

June 2019

Bl-Iżvilupp Ekonomiku nnaqsu l-Immigrazzjoni

Naħseb xi ftit jew wisq kulħadd midħla tal-banek. In-nies jiftħu l-kontijiet sabiex fihom jagħmlu d-depożiti tagħhom, min għal ftit ġimgħat, min għal sena u min għall-iżjed. Dawn il-flus il-banek iħaddmuhom billi jsellfuhom lin-nies tan-negozju li jagħmlu l-profit. Bil-profiti jitħallsu l-imgħaxijiet lil Bank u li b’hekk il-Bank ikun jista’ jħallas l-imgħaxijiet lid-depożitanti. Dawn huma l-banek kummerċjali. Madankollu x’jiġri meta jkun hemm proġetti kbar li jrendu tul 25 sena? Bħal per eżempju triq twila, ... [+]