ACP-EU Joint-Parliamentary Assembly, Lome, Togo – L-MEP u Int – Prog 91


Bejn is-17 u 18 ta’ Novembru, 2011 l-Ewro-Parlamentari Laburista, il-Prof Edward Scicluna attenda ghat-22 Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Kongunta li tlaqqa’ flimkien Membri Parlamentari Ewropej u Membri Parlamentari minn pajjizi fl-Afrika, mill-Karibew u mill-Pacifiku (ACP) li saret f’Lome’, il-belt kapitali ta’ Togo li tinsab fil-punent tal-Afrika. Minbarra li ndirizza din il-laqgha, il-Prof Scicluna kellu diversi laqghat ma’ Membri Parlamentari mill-Afrika, il-Karibew u l-Pacifiku fuq bazi individwali li maghhom iddiskuta l-esperjenzi difficli li ghaddejjin minnhom dawn il-pajjizi. Fil-programm l-MEP u Int li xxandar fuq Smash TV il-Gimgha, 25 ta’ Novembru, 2011 l-Ewro-Parlamentari Laburista il-Prof Edward Scicluna jitkellem dwar dawn l-esperjenzi kif ukoll dwar is-sinifikat taz-zjara tal-Papa Benedittu XVI fil-Benin pajjizi girien ta’ Togo li saret f’dawn l-ahhar jiem.

,

1,814 responses to “ACP-EU Joint-Parliamentary Assembly, Lome, Togo – L-MEP u Int – Prog 91”