“Id-Dipartiment tad-Dwana għandu jkollu bilanċ bejn l-Infurzar tar-Regolamenti u bejn li jiffaċilita l-kummerċ” – Jum id-Dwana


Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru 2013, Malta ċċelebrat Jum id-Dwana, li mmarkat ukoll l-għeluq il-45 sena minn meta twaqqfet l-ewwel unjoni tad-dwana bejn il-membri stati tal-UE. Tradizzjonalment Jum id-Dwana jiġi mtella’ matul l-aħħar jiem ta’ Settembru.

F’diskors matul il-festa nhar il-Ġimgħa filgħaxija fil-Magazino Hall, il-Valletta Waterfront, il-Ministru għall-Finanzi Prof. Edward Scicluna enfasizza l-funzjoni importanti mwettqa mid-Dipartiment tad-Dwana.

Il-Prof. Scicluna qal li d-Dipartiment tad-Dwana huwa responsabbli għall-ħarsien kontra d-dħul ta’ prodotti u oġġetti illegali, li jirrappreżentaw periklu mhux biss għall-kummerċ ġenwin lokali u dak Ewropew, iżda wkoll għas-saħħa tal-pubbliku u tal-konsumaturi.

Id-Dipartiment tad-Dwana għandu wkoll rwol ċentrali x’jilgħab fil-ġenerazzjoni tad-dħul tal-pajjiż. Servizzi pubbliċi varji jiddependu fuq dan id-dħul, li jinkludu l-edukazzjoni, is-saħħa, l-infrastruttura u s-servizzi kollha li dan il-Gvern huwa kapaċi joffri liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

 

[nggallery id=156]

 

Il-Prof. Scicluna qal ukoll li dan l-irwol jeħtieġ viġilanza u dixxiplina mid-Dipartiment tad-Dwana, u kif ukoll l-infurzar effettiv biex ikun żgurat li d-dħul kollu dovut huwa miġbur, filwaqt li tiżgura wkoll li dawk il-mekkaniżmi maħsuba biex jiffaċilitaw il-kummerċ ma jiġux abbużati.

Il-Prof. Scicluna kompla jgħid li dan kollu mhux faċli, għax id-Dipartiment irid kontinwament joħloq bilanċ bejn il-faċilitizzazzjoni u l-inkoraġġiment tal-kummerċ,  filwaqt li fl-istess ħin ikun viġilanti u jinforza r-regolamenti kemm lokali u kif ukoll Ewropej, li jirregolaw dan is-settur. Huwa esprima fiduċja fid-Dipartiment li jkun kapaċi jwettaq il-funzjoni tiegħu b’mod effettiv.

Il-Prof. Scicluna nnota li d-Dipartiment għandu importanza konsiderevoli minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta u l-faċilitajiet tagħha ta’ trasbord.

 

 

Huwa qal li meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2003, id-Dipartiment tad-Dwana kellu jirristruttura ruħu u jeħtieġ li jkompli jagħmel hekk illum billi juża l-aħjar teknoloġija u proċessi ta’ valutazzjoni tar-riskju, u kollaborazzjoni eqreb ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi oħrajn.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum id-Dwana bdiet b’quddiesa, u wara kien hemm preżentazzjoni awdjoviżiva. Inagħtaw ukoll indirizzi qosra mill-Ministru Prof. Edward Scicluna u l-Kap tad-Dipartiment tad-Dwana is-Sur Joseph Brincat, u kkonkludiet bi preżentazzjoni ta’ tifkiriet lil dawk l-uffiċjali tad-Dwana li rtiraw matul il-perjodu tal-2011/2012.

Fost dawk il-ħaddiema rtirati tad-dwana kien hemm is-Sur Saviour Grima, is-Sur Alfred Grima, u s-Sur Victor Sant. Diversi persuni rtirati ma setgħux jattendu minħabba fost oħrajn raġunijiet ta’ saħħa u se jirċievu t-tifkira b’mod dirett.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena, id-Dipartiment tad-Dwana organizza wkoll Blood Drive viċin Customs House fil-Belt nhar l-Erbgħa 25 ta’ Settembru.

 

govmt_logo

maltaindependent_logo

– Friday, 28th September, 2013

 

, ,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *