It-Tkabbir Ekonomiku hu c-Cavetta ghas-Success fil-kamp socjali, edukattiv u s-Sahha


 

L-importanza tal-baġit trid tittieħed fl-isfond li dan hugħodda tal-gvern li jwettaq u jimplimenta miżuri biex itejjeb l-għejxien tal-poplu tiegħu. Irrid insemmi li minn mindu dan il-poplu eleġġa lil dan il-gvern seba snip IOU’s, konna kapaċi li nimplimentaw medja ta’ miżura kuljum. Filfatt, mis-sena 2013, implimentajna iktar minn elf u erba’ mitt miżura, miżuri li wasslu biex tejjiebna il-ħajja tal-poplu tagħna.

Nnaħseb kullħadd jisma’ aħbarijiet u jisma’ kemm hemm inkwiet u protest f’diversi pajjiżi mxerrda f’kull rokna tad-dinja; inkwiet li ġej għax il-popli ta’ dawn il-pajjiżi mhux qed jiġu mismugħa u l-gvernijiet tagħhpm, minn fuq ħaġa u minn fuq oħra, mhux qed jindirizzaw il-bżonnijiet tal-popli tagħhom. Insibu ħafna żgħażagħ bla xogħol li qed iwassal li qed juru d-dwejjaq tagħhom billi jirribellaw u jipprotestaw.

Dawn il-pajjiżi qed jjuruna u jgħallmuna fl-importanza li jkun hemm tkabbir ekonomiku b’saħħtu u li jkun hemm ekonomija inklussiva.

Meta naraw dan kollu madwarna, tasal biex tikkonkludi li Malta qegħda f’sitwazzjoni ghaliha.Din is-sitwazzjoni ma ġietx mix-xejn. Ħdimna u p-preparajna għaliha. Bdejna nippreparaw u nimmudellaw il-miżuri u l-impatti ta’ miżuri li ndaħħlu minn qabel ma tħalna fil-gvern. Konna nafu eżatt kull miżura kemm se tiswa. Din kienet preparazzjoni li qatt ma kienet saret qabel. Kellna programm dettaljat – dak li konna ngħidu li kien ir-roadmap tagħna.

Dan kollu, ġab stabilita’ u daħħalna miżuri li meta bdew jitwettqu, wasslu biex qala’ n-nies miċ-ċirku tal-faqar u għolla lil faxex l-oħra tas-soċjeta’ fil-faxxa tal-klassi medja. Għawdex gawda minn din l-istrateġija wkoll. Kellna numru ta’ individwi li bdew iduqu mill-ġid krejat mill-gvern u iż-żgħażagħ setgħu ikomplu jistudjaw b’serħan il-moħħ li jafu li kif jispiċċaw l-istudji tagħhom, mhux biss kien se jkollhom impjieg iżda impjieg li jrendi.

Hija ħasra u fatt ta’ min jiddeplorah li ssib Maltin oħra li jridu jimminaw miżuri ekonomici  li daħħal dan il-gvern biex ġab il-pajjiż bħla wieħed minn fost l-aqwa pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja. Dawn il-persuni qed jippruvaw jimminaw tlett miżuri importanti li qed jikkontribwixxu għal dan is-suċċess.

Fuq quddiem nett, insibu il-qalba li għamilna biex l-elettriku ġewwa pajjiża jiġi ġġenerat bil-gass naturali minflok minn fjuwil li jniġġes u li hu aktar ogħli biex tixtri. B’din il-bidla irnexxielna, bil-quddiem, inraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-ewwel lil-familji u sena wara lill-industrija. Din kienet miżura ewlinija li kkontribwixxiet għas-suċċess ekonomiku li qed ikollna.

It-tieni miżura kienet dik tal-introduzzjoni tal-iskema ta’ cittadinanza blinvestiment . Wieħed irid isemmi li din m’hix xi skema li ivvintajna aħna. Kulma għamilna kien li ikkupjajna dak li kien ilu jsir minn nofs -iStati Membru l-oħra tal-Unjoni Ewropeja. Dawn l-iskemi jgħinu biex ikompli jonqos id-dejn ta’ pajjiż, liema dejn jonqos prinċiparjament bit-tkabbir ekonomiku u s-surplus fiskali li gvern għaqli jirmexxielu jwettaq. Dan hu skandlu? X’hemm ħażin li sinjuri barranin jgħuna nkomplu n-naqqsu d-dejn tal-pajjiż li ħallielna ħaddieħor? Mhux aħjar li lil-uliedna nħallulhom il-ġid milli d-djun, kif kienu qed jgħamlu ta’ qabilna? Jissemmew dawk xi kazfejn xi pesunali daħal fl-iskema tal-IIP,  gie nvestigat mill-gustizzja. Dan ma hux fatt pozittiv. Imma wieħed isaqsi, possibbli li dawk l-immigranti li fil-passat ġew mħeġġa jmorru jaħdmu f’pajjiżi bħall-iStati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja, f’pajjiżi Ewropej, kollha kienu individwi li ma xellfux lilhom nfushom mall-ġustizzja? Żgur li le. Imma ħadd qatt ma qal xejn fuq dawn il-pajjiżi. Kull pajjiż għandu s-sistema ġudizzjarja tiegħu u min jinqabad jikser il-liġijiet tal-pajjiż, jiġi ġġudikat mis-sistema ġudizzjari u jekk jinstab ħati ta’ xi reat jeħel il-ħaqq mistħoqq. Dik hi r-rule of law.

It-tielet attakk hu fuq il-ħaddiema barranin. Jingħadd ħafna li dawn il-ħaddiema barranin qed ibaxxu il-pagi u jnaqqsu d-drittijiet tal-ħaddiema; qed jippruvaw idaħħlu distinzjoni bejn ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi tal-Kommunita ewropeja u dawk li m’humiex ġejjin minn dawn il-pajjiżi. L-iskop hu wieħed sempliċi. Dawn il-hġaddiema barranin huma ta’ mportanza biex pajjiżna jkompli fuq ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku li qed ikollna. Jekk dawn il-ħaddiema barranin ma jibqgħux jiġu ġewwa pajjiża, jkollna n-naqqsu i-ritmu tat-tkabbir ekonomiku u pajjiża ma jersaqx aktar qrib il-pajjiżi l-aktar avvanzati mill-iStati Membri tal-Kommunita’ ewropeja.

Irrid insemmi wkoll l-attak minn ġewwa li qed isir biex nattakkaw ir-reputazzjoni ta’ Malta barra minn xtutna.

Sfortunatament qed ninqdew b-istituzzjonijiet internazzjonali ndipendenti li minn żmien għall-ieħor jagħmlu evalwazzjoni tas-sistemi ta’ pajjiż biex jaraw feknhemm bżonn ta’ titjib tas-sistemi. Jekk verament temmen f’dawn l-istituzzjonijiet, għalfejn għandek bżonn tindahal f,xoghlhom u tmur Strassburgu u tibgħat ittri lil membri ta; dawn l-istituzzjonijiet u tgħid kontra pajjiżek? U allura wara li tkun għamilt din il-ħsara, kif tippretendi li imbagħad tagħmilha tal-paladin u tipprova tagħti l-impressjoni li trid twitti l-istess ħsara li tkun għamilt int stess kontra pajjiżek?

Dan kollu jfisser li dawn in-nies iridu jattakkaw il-mutur li qed iwassal biex pajjiżna jkompli jikseb dan is-suċċess u titkabbir ekonomiku li qed iwassal biex il-gvern ikompli jqassam il-ġid li qed jinħoloq lil kull faxxa tas-soċjeta’.

B’wiċċi minn quddiem ngħid li dan il-ġid li qed noħolqu, qed jinfirex fir-rġjuni kollha ta’ Malta u Għawdex.

Bi pjaċir inħabbar li, wasalna f’punt li fejn jidħol tkabbir ekonomiku, l-ekonomija t’Għawdex għaddiet lil dik ta’ Malta. U hekk għandu jkun għax bħalma l-ekonomija Maltija trid tikber b’rittmu aktar minn dak tal-medja tal-Pajjiżi Membru tal-Unjoni Ewropeja biex inkunu minn ta’ quddiem nett fl-Ewropa, l-ekonomija Għawdxija trid tikber b’rittmu ikbar minn ta’ Malta.

Jien persważ li l-ġenerazzjonijiet futuri se jħarrsu lejn dak li qed jirrnexxielna nagħmlu biex jikkuppjaw is-suċċess li qed nirreġistraw.

Huma mportanti li nżommu f’moħħna lit-tkabbir ekonomiku huwa ċ-ċavetta li qed tħallina ninvestu biex intejjbu t-toroq tagħna; ninvest fi skejjel moderni u li jkollhom l-aħħar teknoloġija biex it-tfal tagħna jingħataw l-aqwa edukazzjoni; ninvestu biex inkomplu nkabbru l-formalarju tal-mediċina li qed nagħtu b’xejn; inkomplu ninvestu fis-sistema tas-saħħa; inkomplu nnaqqsu l-piż tat-taxxi fuq il-familji tagħna.

Dan hu il-legat  li sejrin inħallu ahna warajna.

 

Il-Ġimgħa 16 ta’ Novembru 2019

,