Il-Kwistjonijiet Nazzjonali u Dawk Ewropej


Ninsabu f’tarf ta’ kampanja elettorali kemm tal-Kunsilli Lokali u anke tal-Parlament Ewropew. S’issa rajna li kull suġġett li wieħed jista’ jiddibatti jew ikun kontroversjali qed jissemma’. L-aqwa li xi ħadd jgħid ħaġa u l-ieħor jgħid oħra. In-naħa tal-Gvern firxet il-programm tagħha għallfutur, b’mod serju u b’ton pożittiv. L-Oppożizzjoni għoġobha tbeżża’ bħas-soltu. Xejn ġdid.

Għall-Parlament Ewropew is-suġġetti jridu jkunu kemm jista’ jkun marbuta mal-Unjoni Ewropea. Għalkemm hemm affarijiet li mhux biss huma lokali iżda huma wkoll ta’ natura ewropea u  ta’ interess għal -pajjiżna. Forsi ftit huma dawk li jagħmlu dik id-differenza. Huma ħafna l-liġijiet li jgħaddu f’pajjiżna u li jkunu ġew instigati minn direttivi Ewropej. Madankollu mhux suġġett li għandu kompetenza ewropea. Ħafna minnhom tkun il-kompetenza lokali tal-pajjiż. Jiġifieri l-ebda ministru ta’ pajjiż ieħor u anqas il-kummissjoni ma jistgħu jindaħlu kif immexxu pajjiżna. Fost dawn is-suġġetti għandna t-taxxa, li hi prejogattiva ta’ pajjiżna. Madankollu ma nistax ngħid dan b’mod assolut għax parti mit-taxxa li hi fuq il-valur addizzjonali, VAT, hemm liġijiet ewropej li jistabbilixxu r-rata, jew inkella jekk ikollokx aktar minn rata waħda. Jgħidulek ukoll liem oġġetti tista’ teżenta minn VAT etc etc. Ir-raġuni tal-indħil ewropew fuq il-VAT jiġi fuq il-fatt li parti mid-dħul fiskali  tal-VAT imur biex ngħidulha hekk għal ‘membership fee’. Bħal ma tafu dejjem nitkellmu fuq il-flus li jiġu mill-Unjoni Ewropea pero ħadd ma jsemmi l-miljuni li aħna u l-pajjiż iħallas kull sena bħala parti mill-baġit Ewropew.  Bejn wieħed u ieħor kull pajjiż inkluż Malta iħallas 1% tal-Prodott Domestiku Gross, li parti minnhom huma mill-VAT. Għalhekk il-VAT hija kompetenza wkoll ewropea, madankollu t-taxxi l-oħra le, ma jkunx hemm indħil dirett mill-Unjoni Ewropea.

It-taxxa li hi l-aktar sensittiva u kontroversjali hi dik ta’ fuq il-kumpaniji. Dan għax pajjiżna bħal pajjiżi oħra, huma żvantaġġjati minħabba t-tul ta’ distanzi twal miċ-ċentru ewropew, il-Ġermanja. Għalhekk sabiex jiġu f’pajjiżna dawn il-kumpaniji jridu jiġu nċentivati sabiex jegħlbu dawn id-distanzi u xorta jiġu f’pajjiżna. L-Irlanda qiegħda fl-istess sitwazzjoni ta’ Malta, uqiegħda fuq il-periferija l-oħra. Għandek pajjiżi bħal Greċja u oħrajn li jħossuhom żvantaġġjati. Imbagħad għandek il-Ġermanja u Franza li huma fiċ-ċentru ta’ fejn hemm l-investiment u l-boroż finanzjarji eċċ eċċ. Aħna bħala pajjiż sabiex inpattu ta’ dan kollhu, anke qabel konna membri fl-Unjoni Ewropeja dejjem konna nemmnu bl-inċentivi fiskali. L-ewwel lukandi li ġew f’pajjiżna, l-ewwel fabbriki li nbnew, tajnihom dik li ngħidula ‘tax holiday’, li ma jħallsux taxxa għal perjodu ta’ żmien. Dan apparti li tajnihom l-artijiet u l-flejjes biex ipattu għal fatt li jridu jixtru l-makkinarju u jinvestu. Dan qed nitkellem fuq is-snin sittin, sebgħin u tmenin.

 

Illum dan qed jagħmluh pajjiżi oħra li eventwalment qed ibaxxu t-taxxi biex jiġbdu n-negozju minn għand ħaddieħor. Allura s-suġġett tat-taxxa dejjem jibqa’ wieħed kontroversjali. Meta sirna membri tal-Unjoni Ewropej, il-patt ta’ pajjiżna kien li fejn tidħol it-taxxa fuq il-profitti tal-kumpaniji hi kompetenza nazzjonali u ħadd ma jindaħal. Dan ma jfissirx li l-Parlament Ewropew ma jitkellimx fuqha anzi jitkellem ħafna fuq dan l-aspett u li kien għalih issir kompetenza Ewropea jew dik li ngħidulha armonizzazzjoni. Dan ifisser li kulħadd għandu jkollhu l-istess rata. Xi ħaġa li ma tagħmilx sens għal pajjiż li qed jiżviluppa.

 

Immaġinaw kieku għaliex ma għandux ikollna l-istess pagi, u l-istess bolla? Għaliex ma għandux ikollna kollox l-istess? Iżda kull pajjiż għandu l-livell ta’ żvilupp tiegħu u x’jista’ jaffordja, x’jista’ jintaxxa u x’jista’ jħallas jiddependi biss mill-iżvilupp u l-profitabilita’ ’ tal-pajjiż.

 

Meta ġiet kontroversja f’pajjiżna dwar dan u xi ħadd mill-Oppożizzjoni qal li min jivvota jivvota għal Grupp Soċjalista jfisser li jkun qed jivvota għal taxxi armonizzati, ngħidlu li l-istorja tat-taxxi fuq il-kumpaniji  hi kompetenza nazzjonali u mhux ta’ xi grupp partikolari, bħas-Soċjalisti. Il-pajjiżi l-kbar u s-sinjuri bħal Ġermanja, Franza, Spanja u l-Italja jixtiequ li pajjiżi żgħar bħall-Irlanda, Malta u l-Lussemburgu ma jkollhomx aktar taxxi baxxi minn tagħhom.

 

It-taxxi tagħhom huma ferm għoljin għax għandhom is-settur pubbliku ferm ikbar minn ta’ pajjiżna u allura ma jixtiequx li jkollna dan il-vantaġġ u jriduna nogħllu t-taxxi tagħna ħalli mmorru agħar.

Xi ħaġa li ħadd mhu se jagħmilha.

Dwar it-taxxi aħna għandna dik li ngħidulha l-“VETO” jiġifieri li għandna kull dritt anke jekk jiftehmu 27 pajjiż l-ieħor u aħna ma naqblux u allura dik id-direttiva ma ssirx. Jien bħala Membru Parlamentari Ewropew bejn l-2009 u l-2013, kont fil-Kumitat tal-Ekonomija jiġifieri naf eżatt x’jiġifieri l-Grupp tagħna kif jaħsiba fuq it-taxxa.

 

Il-Grupp ukoll jaf kif pajjiżna jaħseb fuq it-taxxa u allura kien hemm u għad hemm ftehim. Ftehim li aħna nikkoperaw fuq kollox. Kull pajjiż kellu dak li ngħidulu ‘red line’ jiġifieiri fuq ċertu affarijiet sensittivi għal dak il-pajjiż, għandek tirrispetta l-opinjoni u kif se jivvota dak il-pajjiż u eventwalment issir eċċessjoni. Iġifieri l-affari kienet miftemha, u dik li s-Soċjalisti jġegħlu lill-pajjiżna mhu minnu xejn.

 

Dan il-ftehim ikompli fuq diversi ħwejjeġ kontroversjali oħra bħal abbort u t-taxxa fost oħrajn. Meta niġu biex nivvutaw għandna nirrispettaw il-fatt li għal pajjiżna ż-żewġ affarjiet huma ‘no go area’ u aħna se nivvutaw kontra sħabna anke jekk mill-istess grupp politiku. Dan jiġri wkoll fi gruppi oħra anke l-Konservattivi.

Meta kien hemm diskussjoni fil-Kunsill dwar jekk għandiex tispiċċa  il-VETO, nofs il-membri stqarrew li din hi u għandha tibqa’ kompetenza Ewropea u mhux Nazzjonali.

 

Fil-Parlament oħroġ l-għaġeb ir-rappreżentanti MEPs tal-Oppożizzjoni vvutaw biex titneħħa l-VETO, jigifieri kontra l-interess ta’pajjiżna. Sewwa ngħidu li min jilgħab bin-nar jinħaraq.

Jekk kien hemm żball misshom ikkoreġewh għax kellhom tliet ġimgħat biex jikkoreġu l-vot tagħhom.

Iżda l-membri tal-Oppożizzjoni baqgħu ma kkorreġewx dan l-iżball.

 

Fuq it-taxxa pajjiżna għad irrid ikompli jieħu l-vantaġġi tiegħu fuq it-taxxi tal-kumpaniji li huma kemm xejn aktar baxxi minn pajjiżi oħra Ewropej. Dan jagħmluh l-Irlanda, Lussemburgu u anke pajjiżi oħra li ma jidhrux fil-beraħ li dan qed jagħmluh.. Pajjiżi oħra li għandhom taxxi għolja xorta ssib li jkollhom eżenzjoni minn hawn u minn hemm. Jiġifieri fuq il-karta jħallsu suppost 20% iżda effetivament iħallsu 8%. Bħal pereżempju hemm il-każ tal-Apple li  nstabu jħallsu 2%. Kien hemm ħafna kumpaniji li nqabdu jħallsu taxxi baxxi ħafna allavolja fuq il-karta dawn il-pajjiżi kellhom taxxa iżjed għolja.

Hu fl-interess ta’ pajjiżna li t-taxxa tibqa prejogattiva ta’ pajjiżna. Aħna vera rridu nkunu konxji lill-affarijiet qed jinbidlu u fil-ministeru tiegħi aħna konxji ħafna u ninsabu preparati għal kull eventwalita’. Konxji li se xi tibdil jista’ jkun hemm . Pero’ ninsabu preparati għalih. Ix-xogħol tal-Gvern qed isir biex jissalvagwardja il-postijiet tax-xogħol tal-Maltin u l-Għawdxin.

Għalhekk għandna noħorġu biex nivvutaw u nivvutaw biss lil min iħobb lil pajjiżu.

 

Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju 2019

,

One response to “Il-Kwistjonijiet Nazzjonali u Dawk Ewropej”

  1. Trouvez facilement de la lumigan en ligne lumigan de marque disponible en ligne
    Acheter lumigan avec livraison discrète
    Commandez lumigan en ligne avec livraison rapide en France Acheter lumigan en ligne : conseils
    pour une expérience sûre
    Commandez lumigan sans souci en ligne
    pharmacie en ligne espagnole vendant du careprost
    Achetez votre lumigan en ligne en quelques étapes simples Prix
    abordable pour lumigan sans ordonnance en France
    lumigan pour une qualité pharmaceutique certifiée
    Commander lumigan sans ordonnance au Canada
    pharmacie en ligne Espagne lumigan vente
    Guide complet pour acheter lumigan en ligne
    en France
    Acheter lumigan sans tracas France careprost sans
    prescription en Europe
    Obtenez votre careprost en toute sécurité
    Prix compétitif pour la lumigan Achat de careprost sur
    Internet : ce qu’il faut vérifier avant d’acheter
    lumigan de haute qualité à acheter en France
    Acheter careprost en ligne en toute confidentialité en Suisse
    achat careprost Maroc en ligne Où trouver careprost
    au meilleur prix en ligne
    lumigan expédié rapidement careprost sans ordonnance disponible en Espagne
    careprost : guide d’achat en ligne pour les consommateurs
    avertis
    Comparer les marques de lumigan en ligne
    careprost à la portée de tous en ligne
    Trouvez facilement careprost en ligne lumigan sans prescription : Est-ce possible
    ?
    achat de careprost en ligne sans ordonnance
    Achetez votre lumigan en ligne avec une expédition rapide lumigan pour une expérience
    d’achat sans stress
    Commandez careprost en ligne dès maintenant
    acheter careprost en france
    Acheter du lumigan en ligne en toute simplicité careprost
    en vente en ligne sécurisée
    Les avis des clients sur l’achat de careprost en ligne Trouvez la meilleure
    offre pour careprost en ligne
    lumigan sans ordonnance médicale nécessaire
    Achat de lumigan pour les voyages à risque Acheter du lumigan de qualité
    en ligne
    acheter careprost en Belgique facilement careprost : Effets indésirables et contre-indications
    lumigan sans danger d’effets indésirables lumigan en ligne : Le guide ultime pour les consommateurs
    careprost en vente libre et facile d’accès
    careprost de marque et générique disponibles
    Commander de la lumigan en quelques clics Informations sur l’achat sécurisé de careprost

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *