Month: September 2020

  • Inawgurazjoni tal-ewwel dgħajjes tal-qdif kostali f’Malta

    Inawgurazjoni tal-ewwel dgħajjes tal-qdif kostali f’Malta

    Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna inawgura l-ewwel dgħajjes tal-qdif kostali tat-tip C1X f’Malta. Dawn ġew iffinanzjati b’donazzjoni mill-Fond tal-Kawżi Ġusti lill-Klabb tal-Qdif tal-Università ta’ Malta. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Il-Ministru Edward Scicluna qal, “Hu pjaċir tiegħi li nara li l-isport ġewwa l-Università ta’ Malta qiegħed dejjem iżjed jiżdied. Ħafna drabi l-istudenti jkollhom nuqqas…

  • Konsultazzjoni pubblika bi preparazzjoni għall-baġit 2021

    Konsultazzjoni pubblika bi preparazzjoni għall-baġit 2021

    “Kien ta’ pjaċir tiegħi li, minkejja dawn iċ-ċirkostanzi preżenti, żammejna l-kuntatt annwali tagħna mal-pubbliku, sabiex nisimgħu u niddiskutu s-suġġerimenti u l-opinjonijiet tal-familji u n-negozji għall-baġit 2021.  Permezz ta’ dawn il-konsultazzjonijiet pubbliċi, il-gvern iħoss il-polz taċ-ċittadini tagħna u jagħmel baġit li jolqot l-esiġenzi tan-nies. Dan il-gvern, permezz tal-baġit li ġej, ser juri li s-sostenn tiegħu ser…

  • Standard and Poor’s tikkonferma r-rating ta’ kreditu għal Malta bħala A-/A-2 b’Outlook Stabbli

    Standard and Poor’s tikkonferma r-rating ta’ kreditu għal Malta bħala A-/A-2 b’Outlook Stabbli

    Il-livell għoli tad-dħul ta’ Malta, is-surplus rikorrenti fil-kont kurrenti u l-politika tal-gvern li naqqset l-iżbilanċi fil-finanzi pubbliċi b’suċċess żammew ir-rating ta’ Malta minn Standard and Poor’s għal A-/A-2 b’Outlook Stabbli, minkejja l-pandemija globali. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Standard and Poor’s innotat li t-tnaqqis fid-dejn nazzjonali għal 43 fil-mija tal-PGD fl-2019, li huwa taħt…

  • Laqgħat tal-Eurogroup u l-ECOFIN f’Berlin

    Laqgħat tal-Eurogroup u l-ECOFIN f’Berlin

    Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna attenda l-ewwel laqgħat mhux virtwali tal-EUROGROUP u l-ECOFIN li saru minn kemm ilha li faqqgħat il-pandemija tal-Covid-19, liema laqgħat saru f’Berlin bejn il-11 u t-12 ta ‘Settembru 2020. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Matul dawn il-laqgħat, il-Ministri għall-Finanzi tal-Unjoni Ewropea ddiskutew il-futur tal-Ewropa fid-dawl tal-effetti tal-pandemija COVID-19…

  • Laqgħa mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-Baġit 2021

    Laqgħa mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-Baġit 2021

    F’laqgħa bi preparazzjoni għall-Baġit 2021, l-imsieħba soċjali flimkien ippreżentaw il-proposti tagħhom lill-Gvern. Waqt il-preżentazzjoni tagħhom, l-imsieħba soċjali b’mod oġġettiv poġġew għad-diskussjoni l-prijoritajiet tal-industrija, tal-unjins u tas-soċjetà ċivili. Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ppreżenta u ddiskuta l-andament u t-tbassir ekonomiku u fiskali u kif ukoll il-prijoritajiet tal-Gvern għall-Baġit 2021 mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u…

  • Il-Ministru Scicluna jniedi d-dokument ta’ qabel il-Baġit 2021

    Il-Ministru Scicluna jniedi d-dokument ta’ qabel il-Baġit 2021

    Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ppreżenta l-prijoritajiet tal-Gvern għall-Baġit 2021 permezz tat-tnedija tad-dokument ta’ qabel il-baġit bit-tema, ‘Lejn Ekonomija Sostenibbli’. Dan id-dokument jiġi mniedi bl-għan li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta’ konsultazzjoni kemm mal-imsieħba soċjali kif ukoll mal-pubbliku hekk kif huwa l-bażi tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni li qed isiru kull sena mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi…