Maltese Articles

English Articles

Press Releases

Press Releases


Assoċjazzjoni Maltija tal-Azzjonisti ż-Żgħar

“Bit-teknoloġija moderna li qed tiġi żviluppata b’mod speċjali dik tal-blockchain, qed naslu f’punt fejn l-iskrutinju fuq l-operat tal-kumpaniji se jibda jkun aċċessibbli f’termini reali u tkun qed tiżdied it-trasparenza. Dan kollu għandu jgħin biex iserraħ moħħ l-investituri u jitħajru jinvestu iktar fi prodotti elenkati fuq il-Borża ta’ Malta”, qal il-Ministru Edward Scicluna waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet imtellgħa mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Azzjonisti ż-Żgħar (MASS) fil-Borża ta’ Malta, il-Belt Valletta. Din il-konferenza tat ħarsa lejn ir-riżultat ta’ stħarriġ għall-investituri li sar minn fuq 3,500 investitur fost dawk reġistrati mal-Borża ta’ Malta fl-aħħar ġimgħat. Il-Ministru Scicluna tkellem dwar id-diversi riżultati interessanti li ħarġu minn dan l-istħarriġ u qal li jikkuntrastaw ma’ dak li pajjiżna qed jimbotta, jiġifieri l-ekonomija diġitali u l-cryptocurrencies.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-Ministru Scicluna elenka l-importanza tal-istħarriġ filwaqt li faħħar bis-sħiħ il-ħidma kbira mwettqa minn din l-assoċjazzjoni. Żied li dan l-istħarriġ – li hi l-ewwel darba li saret din it-tip ta’ riċerka – se jkun ta’ kontribut kbir għal pajjiżna meta jiġu biex jitfasslu inizjattivi favur individwi biex jiġu mħajra jġemmgħu aktar.

 

Il-Ministru Scicluna semma li t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji qed jiżgura li l-konsumatur għandu rimedju effettiv u effiċjenti biex iressaq l-ilment tiegħu fejn jidħlu prattiċi u pariri mogħtija mill-provdituri tas-servizzi finanzjarji.

7th December 2018

Ask Edward