Laqgha ta’ Diskussjoni – EJJA U STAQSI – Il-Hamis, 26 ta’ Jannar – Il-Cortile Farmhouse, Naxxar


L-Ewroparlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna qal li s-sitwazzjoni politika fil-pajjiz jekk se tkompli titwal se taghmel hsara lill-ekonomija tal-pajjiz.Huwa qal dan meta indirizza Laqgha Pubblika “Ejja u Saqsi” nhar il-Hamis 26 ta’Jannar fil- Cortile Farmhouse. Il-Professur Scicluna sostna li that gvern laburista gdid l-istpendji mhux biss jibqghu izda is-sistema tissahhah fejn hemm bzonn biex hadd ma jibqa lura milli jkompli l-istudji tieghu.

Il-Professur Scicluna wiegeb numru ta’ mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-udjenza prezenti. Huwa tkellem dwar l-oqsma tal-edukazzjoni, tal-energija, ix-xoghol u l-istatistika u dwar suggetti ohra ta’ interess. L-Ewro Parlamentari Laburista Scicluna elenka wkoll dwar il-laqgha li delegazzjoni tal-Fond Monetarju Internazzjonali,l-IMF kella ma delegazzjoni tal-Partit Laburistammexxija mill-mexxej Laburista Joseph Muscat u li fija ha sehem fija hu. Il-Professur Scicluna spjega li hu personalment ilu jiltaqa ma delegazzjonijiet tal-IMF ghal dawn l-ahhar tnax il-sena. Tenna li dak li r-rapport tal-IMF ghandu importanza u jrid jigi segwit sew.

 

–  Gallery  –

[nggallery id=68]

Photography by Ray Attard.

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *