Maltese Articles
- Call me Bond
- Ix-xibka ta’ ħażen u l-istipendji
- ACTA
- “Nippreferi s-semplicità minghajr kantunieri tal-PL” – Edward Scicluna
- Il-pariri tal-IMF
- Ix-xogħol prekarju f’pajjiżna
- It-Trattat dwar il-patt fiskali
- Baġit li ma kkonvinċiex
- IL-FAQAR IL-LUM
- Sibniha s-‘silver bullet’ għall-kriżi
- More Maltese Articles>>
English Articles
- IMF’s advice needs to be taken very seriously
- “The solution is good governance” – Edward Scicluna
- Malta’s own austerity programme
- ‘We could manage the economy better’
- Level playing field in social policy
- Mind the quality even in scoreboards
- An opportunity Europe has missed
- Does the EU punch its weight?
- Spirit of solidarity cast in stone
- Lessons from the Greek crisis
- More English Articles>>
Press Releases
- Economic Committee adopts Edward Scicluna’s report on European statistics
- Acta debate taken to University
- Birzebbuga tithalla barra minn studju li sar dwar il-livell tal-hsejjes
- Edward Scicluna re-elected as economic committee vice-chairman
- Spending cuts will freeze 500 public sector jobs
- Scicluna in ECB meeting with Draghi
- Labour Euro MEP Edward Scicluna refutes baseless claim by Prime Minister Lawrence Gonzi
- L-Ewro Parlamentari Laburista Edward Scicluna jichad stqarrija bla bazi tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi
- Scicluna starts work as European statistical governance Rapporteur
- “VAT and the EU Conference” by MIM
- More Press Releases>>
Latest News, Maltese Articles
It-Trattat dwar il-patt fiskali
Il-Ġimgħa li għaddiet reġa’ beda jiltaqa’ l-Parlament Ewropew. Kif wieħed jistenna fuq nett tal-aġenda hemm id-diskussjoni dwar iż-Żona Ewro. Din il-problema spiċċajna s-sena biha u erġajna sibniha ma’ wiċċna fis-sena l-ġdida.
Qabel il-Milied, il-Kummissarju Olli Rehn kien qal li jekk il-pajjiżi taż-Żona Ewro ma kinux se jsibu soluzzjoni għall-problema tal-ewro fi żmien għaxart ijiem, iż-Żona kienet se tisfaxxa. L-għaxart ijiem għaddew. Fis-Summit ta’ qabel il-Milied rajna lill-Ingilterra tħalli lis-26 pajjiż l-oħra tal-Unjoni Ewropja jilħqu ftehim bejniethom biex isir trattat ġdid iddedikat għal patt fiskali.
Sew bejn il-festi tal-aħħar tas-sena u l-avvenimenti li ġraw kmieni din is-sena, il-poplu aljena ruħu u nesa għal mument il-kriżi tal-ewro.
Iżda l-kriżi għadha magħna. Ħafna mill-pajjiżi li kellhom id-djun u li qegħdin fi kriżi kellhom bidla fil-Gvern. Fil-każ tal-Greċja, il-banek Ewropej qablu li jaħfrulha nofs id-dejn li għandha magħhom. Dan xorta jfisser li l-Greċja għad baqgħalha ħafna snin qabel ma tkun tista’ tmur tissellef b’suċċess fis-swieq internazzjonali. U għalhekk il-Greċja se tibqa’ piż fuq iż-Żona Ewro għal ħafna snin.
Fil-każ ta’ Spanja għandna sitwazzjonijiet fejn jum wara l-ieħor dejjem jiskopru djun akbar milli qatt kienu jobsru li kellhom. Dawn huma affarijiet li wieħed jiskanta bihom. Però dan hu dak li qed jiġri u għalhekk li fit-Trattat li qed jiġi diskuss qed jiġu proposti miżuri biex dan ma jirrepetix ruħu.
S’issa, l-unika ħaġa pożittiva li saret hi li l-Bank Ċentrali Ewropew l-aħħar tas-sena offra li kien lest li jsellef lill-banek kummerċjali Ewropej kull somma li għandhom bżonn bil-wieħed fil-mija (1%). B’riżultat ta’ dan, il-banek s’issa ssellfu €500 biljun jew nofs triljun ewro. Dan kien ta’ ġid biex il-magna ekonomika Ewropea baqgħet tingrana.
Il-Parlament Ewropew issa għandu quddiemu l-abbozz ta’ trattat li però jridu jaqblu dwaru l-Gvernijiet tas-26 pajjiż tal-Unjoni Ewropea għax għadu mhux ċert jekk l-Ingilterra hux se tingħaqad mal-pajjiżi l-oħrajn biex it-trattat jiġi maqbul bejn is-27 pajjiż. Wieħed għad irid jara.
Li qed jingħad hu li għandu jkun hemm kordinament aktar mill-qrib fil-kamp fiskali bħalma diġà qed isir fil-kaz tal-politika monetarja fejn il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali taż-Żona Ewro jiltaqgħu u jiddiskutu flimkien fi Frankfurt din il-politika. Qed jintalab li jsir l-istess ħaġa għall-Ministri tal-Finanzi tal-pajjiżi taż-Żona Ewro.
Se jintalbu jiddikjaraw minn qabel meta u kemm beħsiebom jissellfu. Iridu jinformaw lill-Kummissjoni kull meta jkunu se jdaħħlu xi riforma importanti f’pajjiżhom, eżempju, fil-pensjonijiet jew fis-sigurtà soċjali. Iridu jgħidu dan qabel jitħabbar il-Baġit biex jiddiskutuhom mal-Kummissjoni. Jiġifieri li xejn ma jsir mil-lum għal għada jew bl-addoċċ. Dan li jfisser il-Patt Fiskali.
Sfortunatament l-Gvern Malti dan ma fehmux u żbalja li injora t-twissija tal-Kummissjoni biex issa kellu fi żmien jumejn jiddikjara minn fejn kien se jaqta’ l-ispiża kurrenti b’kemm jiswew €40 miljun.
Il-Patt Fiskali jitlob ukoll lill-pajjiżi taż-Żona Ewro jbiddlu l-Kostituzzjoni tagħhom biex tidħol regola ġdida li l-Baġits tal-pajjiżi taż-Żona Ewro ma jistgħux ikunu b’defiċit. Anzi għandhom ikunu f’‘surplus’. Ikun peremss li jkollhom defiċit ta’ nofs perċentwal fil-mija jekk il-qagħda ekonomika tkun ħażina. Id-defiċit ikun jista’ jitħalla jitla’ għal wieħed fil-mija biss jekk il-pajjiż ikollu sitwazzjoni ħażina imma d-dejn ikun taħt is-60%.
Dawn huma affarijiet li wieħed għad irid jiddiskutihom għax mhux ċar kif din il-proposta fuq skala ta’ blokk sħiħ taħdem meta is-sitwazzjoni ekonomika teħżien bħalma ġara dan l-aħħar.
Wieħed bir-raġun ukoll jistaqsi kif se tintlaqat Malta mill-miżuri li hemm propost li jiddaħħlu fil-Patt Fiskali.
Il-Ministru tal-Finanzi ta’ pajjiżna jrid jagħmel bħal Ministri tal-Finanzi tal-pajjizi fiż-Żona Ewro jiġifieri jaħdem aktar fil-qrib mal-Kummissjoni Ewropea. Irid jitgħallem jara kif taħsibha l-Kummissjoni dwar Malta għax inkella jiġri bħalma ġara dan l-aħħar. Fl-aħħar Baġit il-Gvern ħaseb li dan se jkun aċċettatt mill-Kummissjoni Ewropea. Daħħal rasu fir-ramel u minħabba hekk se jbatu l-ħaddiema.
Kien ikun ħafna aħjar li kieku l-Kummissjoni tkellmet mal-Gvern u insistiet miegħu qabel sar il-Baġit. Iżda s’issa dan il-mekkaniżmu għadu mhux qed jiġi applikat.
Dan il-kordinament li sfortunatament hu xi ħaġa ġdida għal kulħadd u allura wieħed jistenna li dan jissaħħaħ bil-mod il-mod matul iż-żmien.
Kulħadd jaqbel li l-kriżi kienet qawwija. Minħabba fiha qed isofru ħafna nies u ħadd ma jixtieq li dan jerġa’ jirrepeti ruħu.
Però minflok li l-Kunsill qed ifittex is-soluzzjonijiet ekonomici moħħu hu li jorbot lil pajjiżi b’mod legali, mhux biss bil-liġijiet iżda saħansitra bi bdil tat-Trattat Ewropew u bdil fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż. Qed jipproponu li jdaħħlu l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biex tassigura l-inforzar ta’ dawn il-liġijiet.
Hi l-Ġermanja l-moħħ wara din il-mentalità legalistika. Il-pajjiżi l-oħrajn sħabha fiż-Żona qieshom ma jridux jitniffsu ħalli jekk din ir-triq ma tirnexxix, il-Ġermanja ddaħħal idha fil-but u tħallas għall-iżbalji tagħha.
L-Orizzont, it-Tnejn, 16 ta’ Jannar, 2012
Latest News
- Labour MEP welcomes move forward on Eurobonds
- “The solution is good governance” – Edward Scicluna
- “Nippreferi s-semplicità minghajr kantunieri tal-PL” – Edward Scicluna
- Edward Scicluna re-elected as economic committee vice-chairman
- Laqgha ta’ Diskussjoni – EJJA U STAQSI – Il-Hamis, 26 u l-Gimgha, 27 ta’ Jannar
- Il-Holqien tax-Xoghol u Kondizzjonijiet Ahjar Wara l-Krizi Ekonomika
- Programm t’awsterita li seta’ kien evitat
- It-Trattat dwar il-patt fiskali
- Spending cuts will freeze 500 public sector jobs
- Floriana Public Discussion – L-Ewro-Sfidi Godda
- More Latest News>>

