Intaxxati bil-moħbi


Kulħadd jaċċetta li kull Gvern irid jintaxxa biex ikollu x’jonfoq fuq is-servizzi pubbliċi. Però għal kol lox hemm limitu. U dan japplika għat-taxxi wkoll. Mhux l-ewwel darba fl-istorja nisim għu b’rew wixti meta l-pajjiż iħoss li m’għan dux iħallas iżjed milli jmissu. It-tbatija, riżultat tal-piż tat-taxxa, tkun tant kbira li l-pop lu ma jkunx jiflaħ għaliha aktar.

Dan il-gvernijiet jafuh. Biex iżidu d-dħul tagħhom b’mod si ni fikattiv dawn iridu bilfors idaħ ħlu xi taxxa ġdida, jew inkel la jgħollu r-rata ta’ taxxa li teżisti diġà. Hekk pereżempju ġara me ta ddaħħlet it-taxxa tal-VAT, kif ukoll meta din għolietilha r-rata minn 15 għal 18 fil-mija.

U għalhekk il-Gvern jipprova skemi biex dan il-piż jiżdied kemm jista’ jkun mingħajr ma jinduna l-poplu. Irridu ngħidu li l-ekonomija tkejjel dan il-piż bħa la l-proporzjon tad-dħul naz zjonali li jinġabar f’taxxi. Sintendi anke jekk ma jitkejjilx il-piż ħafna drabi jinħass sew. It-taxxi ma jagħmlux il-Gvern popolari u għalhekk f’dan ir-rigward jekk jirnexxielu, huwa jipprova jaħbi idu.

Fil-każ tal-Gvern Malti huwa ċar li hekk qed jiġri.

Nieħdu l-ewwel mod. Kull sena minħabba l-għoli tal-prezzijiet, min iħaddem iżid il-pagi tal-ħaddiema biex dawn ilaħħqu mal-ħajja. Dan id-dħul m’huwiex reali għax fejn konna bqajna. Bi dħul miżjud b’ħamsa fil-mija biex tlaħħaq mal-ħajja li tkun għoliet b’ħamsa fil-mija ma tkun għamilt l-ebda gwadann.

Mhux hekk għall-Gvern. Kontra dak li jsir f’ħafna pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma jgħollix ’il fuq awtomatikament is-‘ceiling’ ta’ kull ‘income tax bracket’. Għal hekk il-ħaddiem Malti jispiċċa jaqbeż is-‘ceiling’ u jibda jħallas iżjed taxxa mis-sena ta’ qabel.

Għaliex għandhom ħaddiema jispiċċaw iħallsu iżjed ‘income tax’ jekk ikunu baqgħu kif kienu s-sena ta’ qabel? Huwa għalhekk li f’ħafna pajjiżi din it-taxxa moħbija mhix permessa u l-‘bra ckets’ jew ‘ceilings’ huma awto ma tikament aġġustati kull sena, f’sistema msejħa “index-linked”.

Tant hawn Maltin li ma jafux b’din it-taxxa moħbija li meta kultant dan it-‘tax bracket’ jiġi rranġat, kulħadd jaħseb li dan hu xi att karitatevoli tal-Gvern li qed jaqta’ t-taxxa. Dan ġara dan l-aħħar. Sew qabel u sew wara l-elezzjoni ta’ sena ilu. Li jkun biss ġara hu li l-Gvern ikun radd lura xi ftit mit-taxxi li jkun ħa hu stess bil-moħbi fis-snin ta’ qabel.

Iżda dan l-aħħar il-Gvern qed juża metodi ġodda kif iżid it-taxxi bil-moħbi jew kif jgħidu bl-Ingliż, “by sleight of hand”. F’ħakka ta’ għajn mingħajr ma tinduna jkun għolla l-piż tat-taxxi. Dan hu permezz taż-żieda ta’ tariffi monopolisitiċi wara t-tneħħija ta’ xi sussidji li kien hemm fuq dak is-servizz. Dan jinkludi iż-żieda fit-tariffa tal-gass fl-ewwel ta’ April, iż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-ewwel ta’ Ottubru li għadda u ż-żieda mħabbra, iżda mhux attwata s’issa, fis-servizz tad-drenaġġ. X’qiegħed jiġri hawn?

Qabel ma nwieġeb din il-mistoqsija importanti rrid inkun ċar biex ma niġix ikkritikat li bħala ekonomista ninstema’ li ma nemminx fil-liberalizzaz zjoni tas-swieq. Mhux qed ngħid li ċertu sussidji m’huwiex tajjeb li jitneħħew biex is-servizz jirrifletti kemm jiswielna biex nipproduċuh u biex inqassmuh. Dan japplika għall-gass, id-dawl u l-ilma u d-drenaġġ.

Però din il-politika tas-suq m’għandiex tintuża mill-Gvern biex jgħolli l-piż tat-taxxi minn wara dahar il-poplu. Kif fil-fatt qed jiġri. Ħalli nfiehem aħjar.

Lejlet li għola l-prezz taċ-ċilin dri tal-gass, l-ispejjeż tal-produz zjoni u distribuzzjoni kienu qed jitħallsu minn żewġ sorsi. Parti mill-konsumatur permezz tal-prezz issussidjat u parti mit-taxxi tagħna li kienu qed imorru biex jitħallas is-sussidju li l-Gvern kien jgħaddi lil Enemalta.

X’ġara sew fl-1 ta’ April? Il-konsumatur ġie mitlub iħallas 37% tal-prezz ta’ qabel iżjed biex is-sussidju fuq il-gass jonqos sew. B’hekk jippermetti li l-Gvern ma jibqax iħallas il-‘public service obligation’ li fil-passat parti minnha kienet tmur għas-sussidju tal-gass.

Mela filwaqt li l-ħaddiem Malti ntalab iżid il-kontribuzzjoni tiegħu permezz tal-prezz, l-istess ħaddiem ma ngħatax lura u lanqas ġie kkumpensat għall-fatt li issa m’għandux bżonn jikkontribwixxi mit-taxxi tiegħu għas-sussidju li issa se jitneħħa jew jonqos. Mela dan il-gwadann jekk ma ħadux min iħallas it-taxxa minn ħadu? Qtajtu sew. Id-differenza żamma l-Gvern Malti. Dan it-‘trick’ magħmul f’ħakka t’għajn se jippermetti l-Gvern idaħħal aktar taxxi, tant li se jgħolli l-piż tat-taxxa fil-pajjiż. Dan ġara wkoll fil-każ tad-dawl u ilma, fil-każ tal-gass u dalwaqt fil-każ tas-servizzi tad-drenaġġ.

Fir-rapport ta’ stabbilità u konverġenza li l-Gvern Malti għadda lill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru li għadda huwa wiegħed li se jżid il-piż tat-taxxi (b’parti ta’ perċentwal tal-GDP) matul din is-sena li qegħdin fiha. Ħafna skantaw kif dan jista’ jsir. Qalu li żgur din is-sena l-Gvern mhux se jazzarda jdaħħal taxxi ġodda jew jgħolli r-rati ta’ taxxi li jeżistu. Dan veru, iżda bħalma rajna hawn fuq, il-Gvern għandu modi oħra kif jintaxxana iżjed, anke bil-moħbi. U allura l-wegħda tal-Gvern lill-Kummissjoni Ewropea ma kienet żball xejn.

L-orizzont – It-Tlieta 14 ta’ April 2009


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *