Press Release – Dejn


Press Release – 25 ta’ April 2009.

Stqarrija mahruga mill-Kandidat ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Edward Scicluna

Il-gvern mgieghel jammetti li id-deficit u d-dejn huma akbar milli kien qieghed jistma fil-passat b’sistema tal-accounting antikwata

Il-Kandidat Laburista ghall-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew, il-Professur Edward Scicluna, qal li l-Gvern gie mgieghel jammetti li d-Deficit u d-Dejn ghall-2008 huma fil-fatt ikbar milli kien qieghed jistma bis-sistema tal-accounting antikwata li ghadu juza. B’din is-sistema d-Deficit u d-Dejn tal-Gvern, kienu qed jigu mcekkna arbitrarjament billi parti mill-infiq ma tithallasx u ghalhekk meta jaqbillu tintefa’ fuq is-sena ta’ wara. Dan seta’ jaghmlu billi kontra dak li weighed snin ilu, huwa ma qalibx is-sistema antikawat ta’ accounting ghal dik li hija uzata mill-gvernijiet kollha tal-unjoni ewropeja, jigiefieri l-accrual system.

Fil-fatt issa li kellu jippublika t-tieni rapport tieghu lill-unjoni ewropja ghas-sena 2008 skon it-trattat ta’ Massstricht u dan wara li ftit jiem qabel ippublika din l-informazzjoni skond l-akkownting lokali, insibu li d-deficit huwa ta’ 4.7 fil-mija u mhux 4.1 fil mija kif rrpaurtat qabel. L-istess ghad-dejn, il-figura mkejla bl-accrual system hija ta’ 64.1 fil-mija u mhux 62.2 fil-mija.

Il-Professur Scicluna li kien qed jitkellem f’laqghat pubblici f’Tas-Sliema, il-Belt u Birzebbuga, qal li d-deficit tant sploda ‘l li Malta qabzet il-kriterji ta’ Maaschriht. Il-Kandidat Laburista fakkar li dan id-deficit kien ippjanat li jkun ferm taht it-1%., biex is-sena ta’ wara jdur f’surplus. Hu tenna li l-inflazzjoni f’pajjizna hija l-ghola fl-Ewropa. Kompla jispjega li d-dejn ta’ pajjizna, issa li l-ekonomija qalbet ghal tkabbir negattiv, beda jizdied bir-rata allarmanti ta’ 5 percentwali tal-prodott gross domestiku (GDP) fis-sena.

Professur Scicluna tkellem ukoll dwar is-shubija ta’ Malta fiz-Zona Ewro. Qal li biex Malta giet accettata fiz-Zona Ewro kellha tghaddi minn ezami iebes, fosthom it-tnaqqis tad-dejn nazzjonali u d-deficit ghall-livelli accettabli mill-Unjoni Ewropea. Huwa qal li l-gvern ghadda minn dan l-ezami billi biegh hafna mill-assi nazzjonali li kellu. Meta sehh dan is-sitwazzjoni inbiddlet b’mod radikali, zdied id-dejn, sploda d-deficit u l-inflazzjoni telghet ghall-aktar wahda gholja fl-ewropa.

Professur Scicluna qal li issa d-dejn beda jiekolna minn gewwa. Huwa spjega li l-gvern qed ihallas 190 miljun ewro f’imghax fuq id-dejn nazzjonali kull sena. Fil-passat il-Gvern kien imwiddeb li l-konsegwenza ta’ dan ser ibghatu bih uliedna u wlied uliedna. Dan beda jigri l-lum. Il-flus kbar li qed jintefqu fuq imghaxijiet ta’ dan id-dejn nazzjonali setghu jintefqu fuq is-servizzi tas-sahha, l-edukazzjoni u servizzi ohra socjali u fuq progetti li jrendu ghall-pajjiz. Il-kandidat Laburista qal li mhux ta’ b’xejn li l-gvern waqqaf hafna skemi ta’ incentivi kollox.

Il-Professur Scicluna kkritika l-gvern tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi li bil-politika tieghu ta’ infiq sfrenat fil-passat ma’ kienx preparat biex il-pajjiz ikun jista’ jilqa`ghar-ricessjoni li qed tolqot lid-dinja fil-prezent. Huwa qal li l-gvern qed jaddotta politika opposta ghal kollox minn dawk li qed jaddottaw pajjizi ohrajn, fosthom l-Istat Uniti, l-Ingilterra, Franza u pajjizi tal-Unjoni Ewropeja biex johorgu minn din ir-ricessjoni. Il-Professur Scicluna akkuza lill- gvern li lanqas qed ikun kapaci jonfoq il-120 miljun ewro li l-Unjoni Ewropea taghtna biex il-gvern johrog il-pajjiz minn din ir-ricessjoni.

Edward Scicluna

Kandidat ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *