Press Release – Il-Faqar f’Malta


Ix-xibka ta’ lqugh li jipprovdi l-gvern permezz tal-welfare state sabiex persuni u familji zvantaggjati, minhabba mard, nuqqas ta’ xoghol jew xi problemi socjali ohra ma jaqghux fil-faqar ma hix sufficjenti bizzejjed. Dan qalu l-Kandidat Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew il-Professur Edward Scicluna waqt żjara li għamel fid-djar amministrati mill-YMCA.

Il-YMCA hija organizzazzjoni non-governattiva li tipprovdi akkomodazzjoni w servizzi ghal persuni li jisfgħu bla dar. Il-YMCA għandha zewg ċentri fil-belt Valletta. Wahda, ghal persuni adulti u l-ohra ghall-adolexxenti. Ic-Centri jkollom medja ta’ 52 kaz kuljum li kollha jirrikjedu xi forma ta’ għajnuna. L-istaff tekniku, professjonali u l-voluntiera tal- YMCA jipprovdu diversi servizzi socjali ghal medja ta’ bejn tnax u erbatax il-siegħa kuljum.

Id-direttur taċ-ċentru, is-Sur Jean Paul Mifsud, qal li l-YMCA ma’ tistax tlahhaq mat-talbiet kollha li jsirulha ghax m’ghandhiex il-mezzi meħtieġa. Huwa spjega li l-każijiet kollha li jaslu ghand il-YMCA huma persuni li gew rifjutati kull xorta ta’ għajnuna mill-entitajiet kollha fil-pajjiż.

Il-Kandidat Laburista ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Professur Edward Scicluna spjega li l-fondi tal-Unjoni Ewropea huma ntiżi sabiex finalment is-socjeta’ ta’ kull pajjiż membru tkun inklussiva u ma thalli ‘l hadd ibagħti l-faqar.

Entitajiet privati specjalment dawk volontarji qed isibuha difficli li japplikaw u jinghataw għajnuna minn dawn il-fondi Ewropej.

Il-Professur Scicluna enfasizza li huwa dmir tal-gvern li jipprovdi l-konsulenza mehtieġa lil dawn l-organizzazzjonijiet biex jirnexxilhom imexxu progetti ta’ fejda, f’dan il-kaz ghan-nies li waqghu lura fis-socjeta’.

Il-Professur Scicluna qal li fis-sitwazzjoni attwali l-gvern mhux jonora l-obbligi socjali tieghu lejn dawn l-entitajiet volontarji, fosthom dawk li qed jghinu lil dawn in-nies li tant huma fil-bzonn.

Edward Scicluna

Kandidat ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *