Month: October 2020

  • It-Twettiq tal-Baġit 2020

    It-Twettiq tal-Baġit 2020

    “Minkejja li din is-sena kienet ikkaraterizzata minn sfida ta’ kriżi globali, fejn ħafna mill-ħidma tal-Gvern ġiet iffukata bla mistenni fuq il-pandemija, dan il-Gvern xorta waħda wettaq 65% ta’ dak li wiegħed fil-baġit għas-sena 2020.” Hekk saħaq il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, waqt it-tnedija tal-pubblikazzjoni ‘It-Twettiq tal-Baġit 2020’. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI…

  • Laqgħat tal-Eurogroup u tal-ECOFIN

    Laqgħat tal-Eurogroup u tal-ECOFIN

    “Malta tilqa’ l-inizzjattivi li qed jittieħdu mill-Kummissjoni u mill-Presidenza għal aktar armonizzazzjoni fir-rigward tal-finanzi diġitali, u b’hekk qed tiġi indirizzata l-frammentazzjoni li teżisti fis-Suq Uniku Diġitali għas-Servizzi Finanzjarji”, qal il-Ministru Scicluna waqt laqgħa virtwali tal-ECOFIN li saret nhar it-Tlieta, 6 ta’ Ottubru. Matul il-laqgħa, il-ministri tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea ddiskutew il-Pakkett Finanzjarju Diġitali varat riċentament mill-Kummissjoni Ewropea. Matul id-diskussjoni, il-Prof. Scicluna…

  • Kelliem ewlieni fil-laqgħa straordinarja tal-Ministri għall-Finanzi tal-Istati Membri ż-Żgħar tal-Commonwealth

    Kelliem ewlieni fil-laqgħa straordinarja tal-Ministri għall-Finanzi tal-Istati Membri ż-Żgħar tal-Commonwealth

    Il-Ministru Scicluna ġie mistieden bħala kelliem ewlieni fil-laqgħa straordinarja tal-Ministri għall-Finanzi tal-Istati Membri ż-Żgħar tal-Commonwealth li trattat il-pandemija COVID-19, u li saret b’mod virtwali fit-2 ta’ Ottubru 2020. Din il-laqgħa laqqgħet flimkien ministri għall-finanzi minn stati żgħar u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, fosthom il-World Bank Group u l-IMF. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Il-laqgħa ġiet…