-
Self mingħajr imgħax fuq id-depożitu tal-10% lill-first-time buyers eliġibbli għall-Home Deposit Scheme
Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, flimkien mal-bank APS u l-bank BOV ħabbru skema ġdida li l-għan tagħha huwa li tgħin lil first-time buyers li għandhom taħt l-40 sena, li minkejja li huma eliġibbli għal self mill-bank fuq dar, ma jkollhomx il-likwidità meħtieġa biex iħallsu d-depożitu meħtieġ ta’ 10% fuq l-iffirmar tal-konvenju…