May 2020

IT-TKABBIR EKONOMIKU TA’ MALTA BAQA’ POŻITTIV FL-EWWEL KWART TAS-SENA

​Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa’ l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-Prodott Domestiku Gross għall-ewwel kwart ta’ din is-sena li wera li minkejja l-pandemija globali, it-tkabbir ekonomiku reali ta’ Malta baqa’ fit-territorju pożittiv b’rata ta’ 0.5 fil-mija. Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li f’termini nominali l-ekonomija ta’ pajjiżna kibret b’1.9 fil-mija. Iċ-ċifri juru li Malta kellha wirja pjuttost tajba meta mqabbla mal-medja Ewropea u taż-Żona Ewro. Tabilħaqq, skont il-Eurostat, matul l-istess ... [+]