January 2020

Is-Saħħa: Nibżgħu għaliha

F’dan l-ewwel artiklu tas-Sena l-Ġdida, nixtieq lill-qarrejja sena mimlija saħħa u ġid. Is-saħħa hija  kollox għal bniedem  għax bniedem mingħajr saħħa l-anqas jista’ jgawdi l-ġid li jkollu. Fl-irwol tiegħi ta’ ministru responsabbli mill-finanzi, is-settur tas-saħħa jinteressani mhux biss minħabba n-nefqa kbira fuq is-saħħa, iżda għax irrid nara wkoll li l-finanzi kollha li l-pajjiż jirnexxielu jdaħħal, jiġu investiti bl-aħjar mod biex igawdi l-poplu kollu u b’mod speċjali dawk l-individwi li l-aktar għandhom ... [+]