November 2019
Dan l-aħħar ġejt mitlub nindirizza numru ta’ għalliema, kapijiet ta’ skejjel u anke organizazzjonijiet mhux governattivi speċjalment dawk li għandhom x’jaqsmu ħafna maż-żgħażagħ. Is-suġġett kien dwar l-edukazzjoni mhux formali. Bħalma nafu l-iskejjel tagħna mil-livell ta’ kindergarten, l-iskejjel primarji u sekondarji u l-Universita’ nirreferu għalihom bħala edukazzjoni formali għaliex l-istudenti għandhom suġġetti mifruxa fuq sillabus, programm, kotba u l-eżamijiet. L-edukazzjoni formali hija ferm importanti għall-ħajja għaliex ikollok il-kapaċitajiet fil-matematika, il-lingwi, fil-ġeografija ...
[+]