-
Malta tingħaqad ma’ pajjiżi ewlenin bħala membru fundatur tal-Bank Ażjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura
Malta ngħaqdet mal-Ġermanja, Franza, l-Italja, ir-Renju Unit, il-Lussemburgu, l-Iżvizzera u 30 pajjiż ieħor minn madwar id-dinja kollha bħala membru fundatur prospettiv tal-Bank Ażjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura (Asian Infrastructure Investment Bank – AIIB). Nhar il-Ħamis, 9 ta’ April 2015, il-Ministeru tal-Finanzi taċ-Ċina ħabbar li l-applikazzjoni ta’ Malta biex issir Stat membru mhux reġjonali fundatur kienet ġiet aċċettata.…