Category: Latest Articles

  • L-Izvilupp u l-Immigrazzjoni

    L-Izvilupp u l-Immigrazzjoni

    Il-fenomenu tal-immigrazzjoni, hu fuq nett tal-aġenda ta’ bosta pajjiżi u fuq fomm ħafna nies. U f’Malta din mhux eċċezzjoni. L-immigrazzjoni mhux xi fenomenu ġdid għal pajjiżna. Filfatt nies ta’ ċertu eta’,  jiftakru kif wara t-Tieni Gwerra Dinjija, dawk l-eluf ta’  ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu Malta-Gvern Ingliż jiġifieri mar- Royal Navy, r-Royal Air Force u…

  • L-Edukazzjoni Informali ssawwar il-Karattru ta’ Uliedna

    L-Edukazzjoni Informali ssawwar il-Karattru ta’ Uliedna

    Dan l-aħħar ġejt mitlub nindirizza numru ta’ għalliema, kapijiet ta’ skejjel u anke organizazzjonijiet mhux governattivi speċjalment dawk li għandhom x’jaqsmu ħafna maż-żgħażagħ.  Is-suġġett kien dwar l-edukazzjoni mhux formali.  Bħalma nafu l-iskejjel tagħna mil-livell ta’ kindergarten, l-iskejjel primarji u sekondarji u l-Universita’ nirreferu għalihom bħala edukazzjoni formali għaliex l-istudenti għandhom suġġetti mifruxa fuq sillabus, programm,…

  • Laqgħat Annwali mal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali

    Laqgħat Annwali mal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali

    Wara t-Tieni Gwerra Dinija, ġew imwaqqfa żewġ istituzzjonijiet importanti għall-pajjiżi kollha tad-dinja.  Dan sar bil-għan li jkun hemm aktar paċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tranżazzjonijiet ekonomiċi kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku. L-ewwel lagħqa annwali hija tal-Fond Monetarju Internazzjonali magħruf aħjar bħala l-IMF lhiema laqgħat saru ġewwa Washington fl-Istati Uniti.  L-irwol tal-Fond Monetarju Internazzjonali huwa li…

  • Baġit li Jindirizza l-Isfidi u li Jaħseb f’Kulħadd

    Baġit li Jindirizza l-Isfidi u li Jaħseb f’Kulħadd

    Il-Baġit għall-2020 tħabbar; il-gazzetti taw ir-reazzjonijiet tagħhom, il-korpi kostitwiti, l-familji u l-ħbieb tkelmu bejniethom u kulħadd seta’ jgħid tiegħu.  F’dawn id-diskussjonijiet, ħafna jmorru għal ċertu miżura li tkun laqtithom; oħrajn imorru għal miżuri li setgħet tolqothom aħjar li kieku kienu mirquma differenti.  Oħrajn jista jkun li kienu ddiżappuntati għaliex kienu qegħdin jistennew xi ħaġa li…

  • Baġit li Jiddeċiedi

    Baġit li Jiddeċiedi

    Jekk wieħed jiddeċiedi li jItgħallem l-ekonomija, l-ewwel lezzjoni li jisma hija li l-bniedem sew ix-xewqat u sew il-bżonnijiet tiegħu huma ferm akbar mir-riżorsi li għandu biex jissodisfahom.  U għalhekk tinħoloq problema.  Din hija problema ta’ kull familja, ta’ kull pajjiż u ta’ gruppi ta’ pajjiżi.  Tħares fejn tħares anke lejn l-akbar pajjiż fid-dinja tirrealizza li…

  • Taħriġ Speċjalizzat sabiex nindirizzaw il-Ħasil tal-Flus

    Taħriġ Speċjalizzat sabiex nindirizzaw il-Ħasil tal-Flus

    Il-liġijiet ta’ kull pajjiż kull ma jmorru qegħdin dejjem jiżdiedu biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi li qegħdin jinbidlu maż-żmien.  L-istess nistgħu ngħidu għad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li meta mbagħad jaslu għand il-pajjiżi iridu jiġu trasposti fil-liġijiet lokali. Każ tipiku hi l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, fejn il-liġjiet kull ma jmur qegħdin dejjem jiżdiedu.  Din is-sena implimentajna r-Raba’ Direttiva.   Issa…

  • Miżuri u miżuri

    Miżuri u miżuri

    Jekk hemm kelma li nassoċjaw mal-Baġit hija l-kelma ‘miżuri’. Wieħed jisma’ dwar miżuri li jolqtuh, dwar oħrajn li ma jolqtuhx; miżuri li jolqtuh tajjeb u oħrajn ma jolqtuhx tajjeb; imma hemm miżuri u miżuri. L-ispiża tal-Gvern globali taqbeż il-biljuni sew u tikkonċerna miżuri.  .  Il-parti kbira tal-Baġit jitratta dwar affarijiet li huma hemm u li…

  • L-Baġit 2020 Immirat biex Iqassam il-Ġid Fost Kulħadd

    L-Baġit 2020 Immirat biex Iqassam il-Ġid Fost Kulħadd

    Issa li d-data tal-Baġit ġiet imħabbra mill-Prim Ministru li ser tkun nhar it-Tnejn 14 ta’ Ottubru, ir-ritmu tax-xogħol ikun mgħaġġel aktar mis-soltu sew ġewwa l-Ministeru għall-Finanzi fejn isiru aktar preparamenti dwar liema miżuri għandu jkollhom priorita’ biex b’hekk naraw li dawn ilaħqu mal-Baġit.   B’rabta mal-abilita’ tan-nefqa, din hija xi ħaġa li tista ssir f’dawn…

  • Is-Solidarjeta’ bejn L-Istati Membri Ewropej

    Is-Solidarjeta’ bejn L-Istati Membri Ewropej

    L-Unjoni Ewropeja, fil-preżent tinkorpora tmienja u għoxrin pajjiż. L-iskop ewlieni ta’ kull pajjiż li ħa l-pass biex jidħol f’din l-Unjoni, kien dak li l-pajjiż ikun parti minn familja; familja li kull membru tagħha iħoss id-dmir u d-dover li jgħin lil xulxin biex b’hekk il-familja tkompli tissaħħaħ u tissoda. Dan hu il-kunċett ta’ solidarjeta’ fil-kuntest Ewropew.…

  • Bilanċ Ekonomiku biex il-Ġid jitqassam fost Kulħadd

    Bilanċ Ekonomiku biex il-Ġid jitqassam fost Kulħadd

    Din il-ġimgħa ħarsa lejn il-Ministeru tagħna, issibna għaddejjin b’ħafna attivita’ relatati mal-Baġit.  Għall-kuntlarju ta’ ħaddieħor li bħalissa qiegħed jaħseb biex jipprepara għall-vaganza tiegħu; aħna qegħdin naraw pass pass kif ser naslu minn hawn sal-Baġit. Preżentament, bħalissa għaddejjin bil-laqgħat bilaterali fejn niltaqgħu mal-Ministri u magħhom iġibu l-uffiċjali tagħhom sabiex flimkien ninnegozjaw u naraw kemm wieħed jista’…