-
Diskors ta’ tislima f’isem il-Ministri għall-Finanzi tal-Unjoni Ewropea
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ġie magħżul mill-Eurogroup sabiex f’isem il-Ministri għall-Finanzi tal-Unjoni Ewropea jagħmel diskors ta’ tislima lil Mario Centeno fl-aħħar laqgħa tiegħu bħala President tal-Eurogroup. Il-laqgħa tal-Eurogroup saret nhar il-Ħamis 9 ta’ Lulju 2020. Il-Prof. Centeno informa lill-Ministri għall-Finanzi li kien ser jispiċċa mill-kariga ta’ Ministru għall-Finanzi tal-Portugall u għalhekk ma…
-
Ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Lulju 2020
Kif diġà tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna fit-30 ta’ Ġunju 2020, l-Accountant General qiegħed iniedi l-ħruġ ieħor tat-62 + Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta għall-anzjani li twieldu matul is-sena 1958 jew qabel. L-ammont tal-ħruġ se jkun ta’ €60,000,000 soġġett li l-ammont jiżdied sa massimu ta’ €35,000,000 f’kaz li d-domanda tkun aktar mill-ammont…
-
Estensjoni tal-moratorju għall-faċilitajiet ta’ kreditu f’ċirkostanzi eċċezzjonali
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ħabbar li ż-żmien tal-moratorju għall-faċilitajiet ta’ kreditu f’ċirkostanzi eċċezzjonali ser jiġi estiż għal perjodu ta’ sitt xhur oħra. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Il-Ministru Scicluna qal li, “il-ħidma tal-gvern ser tibqa’ ffukata sabiex issostni u tagħti nifs lin-nies fin-negozju, lis-self-employed u lill-familji. L-iktar mezz…
-
Ħruġ ta’ 62+ Savings Bonds
“Is-62+ bonds saru mistennija ħafna mill-anzjani. L-imgħax ta’ dawn il-bonds ser ikun ta’ 3% fis-sena, li hija rata ta’ imgħax ogħla minn dik li qed joffru l-banek kummerċjali fuq tiġmigħ.” Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn ħabbar li għar-raba’ sena konsekuttiva l-gvern ser joħroġ Savings Bonds għall-anzjani minn 62 sena…
-
Rapport Annwali tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ġie pprreżenat bir-rapport annwali għas-sena ta’ ħidma 2019 tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti (PCRB), liema rapport ta’ ħidma ġie spjegat miċ-Ċermen tal-Bord Dr Anthony Cassar. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI Il-Ministru Scicluna laqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultati miksuba mill-Bord ta’ Reviżjoni dwar il- Kuntratti u qal li huwa kburi…
-
Żjara fl- International Tax Unit u Tech.MT
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji l-Prof. Edward Scicluna flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo għamlu żjara ġewwa l-International Tax Unit (ITU) u ġewwa l-fondazzjoni Tech.MT fiż-Żejtun. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI U MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI U L-EKONOMIJA DIĠITALI F’din iż-żjara, il-Ministru flimkien mas-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mad-Direttur Ġenerali tal-ITU s-sur…
-
L-akbar investiment dirett li qatt sar fis-settur tal-volontarjat
L-għaqdiet volontarji reġistrati f’Malta u f’Għawdex se jgawdu minn allokazzjoni ta’ €3 miljun bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-gvern din il-ġimgħa. Dan kien spjegat f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Edward Scicluna u mis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, L-ISPORT U L-VOLONTARJAT Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward…
-
Il-Ministru Scicluna waqt laqgħa virtwali tal-ECOFIN
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, flimkien mal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea, ipparteċipa f’vidjokonferenza tal-ECOFIN li saret fid-9 ta’ Ġunju 2020.Fl-intervent tiegħu dwar il-Pjan ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna qal, “Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Presidenza Kroata għall-mod eċċellenti kif mexxiet il-presidenza f’mument daqstant diffiċli. Aħna diġà lqajna l-idea tal-Pakkett ta’ Rkupru…
-
Reazzjonijiiet pożittivi ħafna għall-pjan ta’ riġenerazzjoni li ġie mħabbar ilbieraħ
Il-pjan ta’ riġenerazzjoni ta’ €900 miljun li ġie mħabbar it-Tnejn filgħaxija, u li huwa mibni fuq tliet pilastri ewlenin, li huma, li jitnaqqsu l-ispejjeż għan-negozji u jagħtu aktar finanzjament; li tingħata spinta lid-domanda domestika; u li jingħata sostenn dirett lill-industrija filwaqt li ninċentivaw ix-xogħol, kiseb reazzjoni posittiva mmens mill-pubbliku u mill-imsieħba soċjali. Saħqu dan id-Deputat Prim Ministru…
-
Self mingħajr imgħax fuq id-depożitu tal-10% lill-first-time buyers eliġibbli għall-Home Deposit Scheme
Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, flimkien mal-bank APS u l-bank BOV ħabbru skema ġdida li l-għan tagħha huwa li tgħin lil first-time buyers li għandhom taħt l-40 sena, li minkejja li huma eliġibbli għal self mill-bank fuq dar, ma jkollhomx il-likwidità meħtieġa biex iħallsu d-depożitu meħtieġ ta’ 10% fuq l-iffirmar tal-konvenju…