L-MEP u INT - Programm 3
Programm ġdid televiżiv ‘L-MEP u INT’ ta’ l-MEP Laburista l-Professur Edward Scicluna li qed jixxandar fuq Smash Television kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7.20pm.
It-Tielet Programm: L-MEP u INT
5 ta’ Frar, 2010
X’aktarx li ftit huma dawk li ma semgħux jew ma qrawx dwar “Direttiva” tal-Unjoni Ewropea. Direttivi li jkunu japplikaw għall-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea. Forsi li ħafna ma jafux huwa kif jissawwar il-proċess sakemm finalment toħroġ “Direttiva”. Hemm ukoll ir-rapporti li jitħejjew fil-kumitati rispettivi, fost dawn rapport imħejji mill-Professur Edward Scicluna, fil-kapaċita tiegħu ta’ Rapporteur maħtur mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjari, dwar il-Bank Ċentrali Ewropew.
Dawn u aktar kienu trattati mill-Ewroparlamentari Laburista l-Prof Scicluna fit-tielet programm L-MEP u INT. Programm li jixxandar fuq Smash TV kull nhar ta-Ġimgħa fis-7.20pm b’repetizzjoni l-Ħamis ta’ wara fit-8.20pm.
Labour MEP Professor Edward Scicluna answers questions related to the procedures adopted by the European Parliament during the various stages of a report. Most of these reports, when approved, become EU Directives. He discusses his role, as Rapporteur appointed by the Economic and Monetary Affairs Committee, on the annual report on the European Central Bank.
L-MEP u INT is aired on Smash TV on Friday at 7.20pm with a repeat the following Thursday at 8.20pm.