Press Release - Sahha B’Xejn Ghal Kulhadd
"Il-principji politici tieghi li dejjem haddant huma bbazati fuq il-gustizzja socjali li tfisser li l-istat ma jeskludi lil hadd mis-servizzi socjali tal-pajjiz, bhas-sahha, l-edukazzjoni, il-pensjonijiet u sigurta socjali."
Press Release
27 ta’ Mejju 2009
Stqarrija mahruga mill-Kandidat ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Edward Scicluna
Sahha B’Xejn Ghal Kulhadd
Fil-programm Bondi+ tat-Tnejn 25 ta’ Mejju 2009, il-prezentatur ghogbu jizgwida lill-udjenza billi wera silta li ghogbuhom jaghzlu minn intervista shiha li jien kont tajt fil-programm Reporter sena ilu. L-iskop kien biex jien nidher qed nesprimi dubji jekk pajjizna llum jistax jkompli jaghti servizz ta’ sahha b’xejn ghal kulhadd.
Li thalla barra minn Bond+ kienet it-twegiba li jiena kont kontra li jsir qtugh fl-ispiza pubblika fuq is-sahha. Iktar minn hekk jien ukoll kont ghidt car u tond li huwa possibbli li pajjiz ikollu s-sahha b’xejn. (L-intervista shiha tistghu tarawha fuq il-YOUTUBE permezz ta’ dan il-link: http://www.youtube.com/watch?v=_4y9wlOwjnc)
Bhalma juruna certu pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea huwa possibbli li gvern ghaqli u responsabbli jirnexxielu jaghti servizz ta’ sahha b’xejn lil kulhadd. Dan jista’ jsir billi jibni sistema ta’ sahha fuq sisien sodi u efficcjenti u li ma jghabbix lill-pajjiz b’pizijiet ta’ djun.
It-tberbiq bla razan tal-gvern Nazzjonalista qed jipperikola s-sistema tas-sahha b'xejn ghal kulhadd. Dan in-nuqqas qed jinhass mill-poplu Malti u Ghawdxi hekk kif anzjani qed ikollhom jixtru l-pilloli minn buthom. Qed jinhass ukoll minn eluf ta’ pazjenti li ilhom jistennew xhur u snin biex jaghmlu operazzjonijiet u interventi ohra bhal tal-katarretti, u knee jew hip replacement.
Biex is-sistema ta sahha b’xejn ghal kulhadd tibqa’ sostenibbli irid jinqata l-isparpaljar u t-tberbiq ta’ flus fis-sistema tas-sahha innifisha. L-istorja tal-bini tal-isptar Mater Dei nnifsu kif ukoll l-ghoti ta’ direct orders kontra r-regoli tal-gvern, huma ezempji ta’ dan il-hela.
Studju tal-Unjoni Ewropea li sar dan l-ahhar dwar l-ispiza fuq is-sahha f’pajjizna jindika li meta mqabbla mal-pajjizi l-ohra fl-Unjoni pajjizna ghandu inefficjenza li twassal sa 40 fil-mija. Dan ifisser li l-gvern jista’ jaghti l-istess servizz li qed jaghti llum u jnaqqas l-ispiza prezenti b’40 fil-mija. Mod iehor kif tista titfisser huwa li wiehed jista jzomm l-istess spiza fuq is-sahha u jzid n-numru ta’ interventi b’40 fil-mija. Fis-sitwazzjoni li qeghdin fiha, jien tal-fehma il-gvern ghandu jmur ghat-tieni ghazla fl-interess tal-familji Maltin u Ghawdxin. Altru li s-sahha b’xejn ghal kulhadd hija possibbli.
Il-principji politici tieghi li dejjem haddant huma bbazati fuq il-gustizzja socjali li tfisser li l-istat ma jeskludi lil hadd mis-servizzi socjali tal-pajjiz, bhas-sahha, l-edukazzjoni, il-pensjonijiet u sigurta socjali. Dawn il-principju huma migbura fil-kuncett maghruf bhala dak tas-socjeta inklussiva u huwa wiehed mis-sisien li fuqu hija mwaqqfa l-Ewropa Socjali.
Bil-fiducja tal-poplu se jkun id-dmir tieghi bhala Membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista li nhares id-drittijiet tac-cittadini Maltin u Ghawdxin biex jibqa’ jkollna servizz ta’ sahha sostenibbli u b’hekk ikun verament b’xejn ghal kulhadd.
Edward Scicluna
Kandidat Laburista ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew